Archives: Events

Art Explora Festival Installation

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

L-Ispazju B ta’ Spazju Kreattiv ser jgħaddi minn trasformazzjoni affaxxinanti biex isir installazzjoni immersiva matul il-festival ta’ l-Art Explora. Dan l-ispazju uniku joffri ħarsa żgħira lejn il-firxa ta’ proġetti kreattivi li qed jintwerew fil-port.

European Digital Treasures – Wirja ta’ films qosra dwar il-maniġment ta’ arkivji ċentinarji fis-seklu 21

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Matul l-aħħar deċennji, l-istituzzjonijiet arkivjali investew f'riżorsi importanti biex joffru aċċess għal oġġetti diġitalizzati. Dawn it-"teżori diġitali" huma għalhekk inklużi bħala sorsi primarji għal pjattaformi b'aċċess b'xejn, iżda m'għandhomx proċess ta' trasformazzjoni u lanqas jiġġeneraw ritorn ekonomiku. Il-kollezzjonijiet diġitali għandhom potenzjal enormi biex ibiddlu l-mod kif tintuża l-informazzjoni, u biex jiżviluppaw modi ġodda ta’ preservazzjoni, kollezzjoni, organizzazzjoni, propagazzjoni u aċċess għall-għarfien.

INEARTH, UNEARTH: Archives of Matter and Ritual

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Fl-Art, mill-Art: Arkivji ta’ Materja u Ritwal hija esplorazzjoni ta’ diversi tifsiriet assoċjati mal-materja li hija l-pedament tal-prattika ta’ Agius.

fabricATE

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Mill-mundanità ta’ kuljum, sal-kobor ta’ dak storiku, meraviljuż u bibliku, b’fabricATE, Gabriel Buttigieg jerġa’ jfassal il-miti Greko-Rumani minn Odipus sa Ovidju, u jsawwabhom. Minsuġa fuq drapp fin, dawn in-narrattivi huma fl-istess ħin skuri u eċċitanti.

Macbeth: Ralph Fiennes & Indira Varma (first screening)

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Ir-rebbieħ tal-premji Tony u tal-BAFTA, Ralph Fiennes (Antony & Cleopatra, Schindler's List, Coriolanus) u r-rebbieħa tal-Premju Olivier, Indira Varma (Present Laughter, Game of Thrones, Luther) jaħdmu fi produzzjoni ġdida ta’ ‘full-voltage visceral’ (★★★★ Daily Telegraph) ta’ Macbeth ta’ William Shakespeare.

Recurring

THE DELINQUENTS

DELIQUENTS, li ħareġ minn Un Certain Regard ta’ Cannes, bis-seħer u l-imprevidibbiltà tiegħu jirnexxilu jagħti xejra ġdida ta’ avventura liema bħalha lill-films dwar serqiet kbar.

TINY KEYS, BIG SOUNDS: Contemporary Compositions for Toy Piano

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Tiny Keys – Big Sounds, jippreżenta programm għall-pjanu tal-ġugarelli, mużika elettronika u strumenti żgħar ta’ perkussjoni. Dan il-proġett jikkontribwixxi għar-repertorju li qed jikber permezz tax-xogħlijiet ikkummissjonati minn 10 kompożituri Maltin u internazzjonali li se juru l-potenzjal artistiku u l-possibbiltajiet espressivi tal-pjanu tal-ġugarell. Dan il-kunċert uniku jispira lill-udjenzi u jqajjem l-għarfien li l-pjani tal-ġugarelli mhux għal logħob! Jistgħu tabilħaqq jitqiesu bħala strument ta' kunċert.

Recurring

Io Capitano

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

IO CAPITANO tells the story Seydou and Moussa, two Senegalese teenagers who leave Dakar to travel to Europe where they believe opportunities await. On a journey neither could have imagined, the boys face the dangers and the beauty of the desert, the shock of detention centres in Libya, and the perils of the sea in their pursuit of a better life, in an epic story that offers a deeply human perspective on the migrant crisis.

Recurring

20 Days in Mariupol 

On the eve of Russia’s invasion of Ukraine, a team of Ukrainian journalists enter the strategic eastern port city of Mariupol. During the subsequent siege and assault, as bombs fall, inhabitants flee, and access to electricity, food, water, and medicine are severed, the team — the only international journalists left — struggles to cover the war atrocities and to transmit their footage out. Eventually surrounded by Russian soldiers, they shelter in a hospital, unsure of how they’ll escape.

Malta Café Scientifique – A New Breath for Cities

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta

Qed issir aktar u aktar diffiċli biex tiehu ftit arja friska f'żoni urbani. Ħafna minnha japprezzaw l-ambjent b'aktar siġar u fjuri fl-ibliet tagħna.

Irish Film Days – Young Plato

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Kap ta’ skola primarja Kattolika f’Belfast, l-Irlanda ta’ Fuq, Kevin McArevey jipprova ibdel il-fortuna ta’ komunità Irlandiża tal-belt ikkaġunata minn tħassir urban, l-aggressjoni, settarja, faqar u drogi.

ENEMY (a peace conference) – Exhibition

Spazju B, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

ENEMY (konferenza tal-paċi) hija l-ewwel parti ta’ triloġija ta’ prestazzjoni b’rabta mal-gwerer fl-Ewropa. Wara li temm ħidma inizjali fit-tul bl-isem BARBARE fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea mill-2019 sal-2022, Zone -poème- intgħażlet l-Ewropa bil-ħsieb li tinħoloq ħidma għall-paċi u tistaqsi dwar il-figura tal-għadu. 

Recurring

Kidnapped

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Wieħed li qatt jiddejjaq mis-suġġetti kontroversjali, il-filmmaker veteran Taljan Marco Bellocchio (Fists in the Pocket , The Conviction) hawn jagħti l-ħajja lil storja vera inkredibbli li tneħħiet mill-paġni ta’ storja xokkanti u tal-biża’.

MET Opera Live in HD: Madama Butterfly

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Is-sopran straordinarju Asmik Grigorian tinterpreta r-rwol eżiġenti ta’ Cio-Cio-San, il-geisha leali fil-qalba tat-traġedja devastanti ta’ Puccini. It-tenur Jonathan Tetelman jidher bħala l-uffiċjal navali Amerikan krudil Pinkerton, li t-tradiment tiegħu jeqridha.

Recurring

Macbeth: Ralph Fiennes & Indira Varma (Encore)

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Ir-rebbieħ tal-premji Tony u tal-BAFTA, Ralph Fiennes (Antony & Cleopatra, Schindler's List, Coriolanus) u r-rebbieħa tal-Premju Olivier, Indira Varma (Present Laughter, Game of Thrones, Luther) jaħdmu fi produzzjoni ġdida ta’ ‘full-voltage visceral’ (★★★★ Daily Telegraph) ta’ Macbeth ta’ William Shakespeare.

EMM Screening: Free Party: A Folk History

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Kull ma riedu kien id-dritt li jiddevertu. Imma l-Istat trattahom bħala egħdewwa.

Dan id-dokumentarju indipendenti bl-isem ta' 'Free Party - A Folk History' jitratta t-twelid tal-‘Free Party Movement’ ġewwa r-Renju Unit sewwa sew fl-aħħar tat-tmeninijiet u l-bidu tad-disgħinijiet u l-effett soċjali, kulturali u politiku li dan ħalla saż-żmien tal-lum.