
Sura
Sura hija kollezzjoni ta’ pupi maħdumin bl-idejn bl-ilħna u l-istejjer tagħhom. Kull pupa hija attentat biex nifhmu il-għaliex il-bniedem iħoss il-bżonn li joħloq oġġett fix-xbieha tiegħu.
Il-pupi jokkupaw spazju x’imkien bejn l-inanimat u l-ħaj. Fil-logħob, jieħdu s-sura ta’ karattri li nistgħu nimmanipulaw. F’idejn ix-Xaman isiru strumenti ta’ interċessjoni divina, jfuru b’qawwiet u allat. Fit-terapija jieħdu post dawk li tlifna jew dawk li weġġgħuna. Il-karattru tagħhom jinbidel skont għand min ikunu. Mela allura x’jiġri meta ma jitkellmux iktar?
F’Sura, uħud mill-pupi ġew bil-kumpanija filwaqt li oħrajn baqgħu weħidhom. Kull waħda minnhom titkellem dwar appartenenza u t-twarrib u t-tkeċċija, dwar il-ġenituri spiritwali u l-gwardjani.
Dan il-proġett huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti mill-Malta Arts Fund.
TIM KREATTIV
Curation & exhibition design: Elyse Tonna, Glen Calleja, Lori Sauer, Clare Azzopardi (stories), Albert Gatt, Matthew Galea, Aaron Bezzina, Francesca Mercieca, Giola Cassar and Karl Andrew Micallef.
KURATUR
Curator: Elyse Tonna