Sinderella: The Adult Panto

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Sinderella, il-pantomima ghall-kbar, fejn kollox jigri bil-maqlub! Flok divertiment ghall-familja, din hija pantomima ghal udjenza matura, flok fil-Milied fis-sajf, u taqbad ma kollox u kull min qieghed fl-ahbarijiet bhalissa.

ME(et) TEEN – Artists’ Residency Performance

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Grupp ta' żgħażagħ ser ittellgħu performance informali għall-għeluq ta' sensiela ta' workshops mal-artisti Sarah Vella u Lisa Colette Bysheim.

Meta Ġrejna Wara x-Xemx

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Il-mewt mhux mistennija ta’ ħabib tat-tfulija terġa’ tgħaqqad erbat iħbieb wara tnax-il sena ta’ silenzju bejniethom. Il-pjan hu li jiltaqgħu għal lejla waħda flimkien. Biex jonoraw il-memorja ta' seħibhom.

€15 – €20

MalTease

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Ejja affaxxina ruħek bix-xinxilli u t-tlellix tal-arti tal-Burlesk. Ingħaqad magħna għal dan l-ispettaklu magħruf u uniku għal Malta!

€15 – €20

JamBoy (ŻiguŻajg Festival 2019)

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

JamBoy, supereroj emerġenti, jista’ jara dak li għall-oħrajn huwa inviżibbli. Jista’ jsalva lill-iskola, u fl-istess waqt isalva l-ġurnata?

€5

World Disability Day – My Time to Shine

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

L-avveniment se jiffoka fuq ix-xogħol kreattiv żviluppat mill-artisti u t-tim kreattiv ta’ Opening Doors waqt li jiftaħ djalogu dwar id-diżabilità u l-arti performattiva f’Malta.

XENI / Set Painting and Set Building Workshops

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Is-sett huwa għodda essenzjali fl-irrakkuntar ta’ kwalunkwe produzzjoni u jeħtieġ kollaborazzjoni mill-iżjed intensa bejn dawk li jpenġuh u dawk li jibnuh.

free

Bil-Bieb Mitbuq (No Exit)

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Bil-Bieb Mitbuq huwa proġett teatrali b’viżjoni kontemporanja. Imsejsa fuq it-traduzzjoni Maltija ta’ Kevin Saliba tad-dramm Huis Clos ta’ Jean-Paul Sartre – u bid-direzzjoni ta’ Tyrone Grima – din il-produzzjoni tlaqqa’ flimkien it-traduzzjoni letterarja, it-teatru, iż-żfin u l-ħoss.

Songcraft 2020
Showcase

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

The second Songcraft showcase concert will be happening on the 18th of September 2020 at Spazju Kreattiv’s Theatre.

ŻfinMade

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

ŻfinMade hija inizjattiva ġdida ta’ ŻfinMalta, liema waħda tistieden sitt koreografi emerġenti Maltin, sabiex kull wieħed joħloq xogħol solist ġdid flimkien ma’ wieħed miż-żeffiena tal-kumpanija.

Storjakanta tal-Milied

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

STORJAKANTA jisponta mill-kunċett tas-serata mużiko-letterarja tradizzjonali, iżda jgħawwiġha, jdawwarha u jlewwinha b’tali mod illi kważi kważi lanqas tibqa’ tingħaraf.

Il-Ħajja, Il-Mewt, In-Nisa – It-Tnedija

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Wara li kellhom iħassru l-kunċert ta’ debutt tar-raba’ album tagħhom ‘Il-Ħajja, il-Mewt, In-Nisa’, li kien tant u tant mistenni, sa fl-aħħar 'Brikkuni’ ser ikunu jistgħu jagħtu prestazzjoni mill-aqwa ta’ dawn id-diski għall-ewwel darba, b’mod esklussiv lill-udjenza limitata fuq medda ta’ tlett kunċerti intimi li ser jittellgħu fi Spazju Kreattiv.

The Busker – In Transition (Live)

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Ghal-ewwel darba il-grupp The Busker ha jkun qed itella kuncert bhala trio fejn ser ikunu qed jikolleboraw ma artisti ohra bi prezentazzjoni tal-ahhar EP taghhom 'X'.

They Blew Her Up

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Il-produzzjoni, parzjalment verbatim, se tidħol dritt fil-qalba tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia kif ukoll l-investigazzjoni sussegwenti.