Sabine Küper-Büsch u Thomas Büsch (Ġermanja / Turkija)

Artisti f’Residenza, 2021

DWAR IL-PROĠETT

Searching Traces

Searching Traces huwa workshop dwar Vidjo li jindirizza lill-parteċipanti f’Malta, li huma interessati fil-produzzjoni tal-films, l-esplorazzjonijiet tal-ambjent tal-gżejjer, il-ħajja tal-komunità u l-iżvilupp ta’ narrattivi innovattivi. Dawk li għandhom esperjenza fil-films merħba bihom, però m’hemmx bżonn esperjenza preċedenti fit-tfassil tal-films. Dawk li għadhom jibdew huma apprezzati wkoll. Il-parteċipanti tal-ewwel “Mahalla-Festival-Video-workshop” li kien sar fl-2018 se jkunu preżenti.

Huma se jgħinu l-parteċipanti l-ġodda fit-tekniki bażiċi flimkien mal-għalliema. In-nies tal-lokal u l-migranti huma milqugħa biex jaħdmu b’mod individwali jew kollaborattiv fuq proġetti ċinematografiċi. Il-formati u l-istili huma varji: dokumentarju, fittizju, music-clip. L-aħjar proġetti jintwerew waqt skrining pubbliku f’Malta u se jiġu ppubblikati fuq il-Pjattaforma Online, StreetWalking.

Dawn se jieħdu sehem ukoll fil-Mahalla Festival Institut Cyprus li jmiss fl-2020/2021. Il-workshop huwa parti minn ċirku internazzjonali dejjem jikber ta’ artisti u films madwar il-Festival ta’ Mahalla.

Spazju Kreattiv Artists’ Residency programme is organised in collaboration with the Valletta Design Cluster and the Ministry for Gozo