Lara Lepionka (USA)

Artista f’Residenza, 2021


Dwar il-Proġett

Land and People

Lepionka hija interessata fl-intersezzjoni bejn l-art, l-ikel, in-nies, u l-post. Fejn tgħix fi Gloucester, Massachusetts, l-Istati Uniti tal-Amerika, hija kkollaborat mal-komunità tagħha biex toħloq rivoluzzjoni li qed tikber tal-ikel f’belt żgħira u ħolqot modi uniċi biex iġġib in-nies flimkien permezz tat-tkabbir u l-qsim tal-ikel. Lepionka ser tikkollabora mal-komunitajiet diversi ta’ Għawdex u Malta biex jaħdmu fuq ideat ta’ kultura, storja, it-tkabbir tal-ikel, u t-tqassim tal-ikliet mill-lenti tat-tibdil fil-klima u t-tibdil fl-ekonomija u fil-prijoritajiet.


Dwar l-Artista

Lara Lepionka hija artista ibbażat fil-komunità u l-fundatriċi u d-direttriċi eżekuttiva ta’ Lurayard Growers, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li tgħaqqad lin-nies għal ikel tajjeb għas-saħħa permezz tal-iskola, il-komunità, u l-ġonna. Hija esibiet ix-xogħol tagħha f’Chicago, New York, u New England, u kienet artist f’residenza fl-Iskola Skowhegan, Vermont Studio Center, Millay Colony for the Arts, u l-Istazzjon ta’ Skambju Kulturali fir-Repubblika Ċeka.

Hija rċeviet Fellowship tal-Artisti mill-Kunsill tal-Arti ta’ Illinois, kummissjoni tal-arti pubblika mill-Kunsill tal-Arti ta’ Northampton, u ssemmiet f’The Object of Labor: Critical Perspectives on Art, Cloth, and Cultural Production ippubblikat mill-MIT Press. Irċeviet l-AMF tagħha mill-Iskola tal-Istitut tal-Arti ta’ Chicago u l-BA minn Bard College.