Diana Greene (USA)

Artista f’Residenza, Ottobru 2019


Dwar il-Proġett

Traces of Myself

Traces of Myself huwa workshop tal-fotografija għall-adoloxxenti li jistaqsi: il-post fejn ngħixu jinfluwenza min insiru? Artisti żgħażagħ se jiġu mħarrġa mill-għalliema u fotografu ppremjata Diana Greene (USA) kif joħolqu awto-ritratti li jinkorporaw l-pajjiz u s-simboli tiegħu biex joħolqu ritratti b’espożizzjoni doppja. L-istudenti se jgħaqqdu l-awto-ritratt u r-ritratt tal-pajsaġġ flimkien permezz tat-teknoloġija diġitali li tippermetti lill-artisti joħolqu immaġini li fihom tifsira, metafora, u misteru. L-għodod tal-kompożizzjoni ta’ litteriżmu viżwali, it-tfassil, id-dawl, il-ħin jipprovdu dak li hu fundamentali għall-artisti żgħażagħ li qed ifittxu li jwasslu l-lingwa fotografika tagħhom f’dinja fejn 1.8 biljun immaġini jiġu uploaded kuljum.

Agħfas din il-ħolqa għal aktar informazzjoni dwar dan il-proġett

Biex tieħu sehem f’dan il-proġett, jekk jogħġbok imla din il-formola ta’ applikazzjoni.


Dwar l-Artista

Diana Greene hija artist multimedjali bbażata f’North Carolina, fl-Istati Uniti tal-Amerika. Ir-ritratti u l-films tagħha isibu ruħhom bejn id-dinja tal-arti u dik tad-dokumentarju. Hija temmen li l-kamera hi mod kif tgħaqqad b’mod vivaċi l-komunitajiet mal-pajsaġġ personali. Ir-ritratti premjati tagħha ġew esibiti f’ħafna postijiet, l-aktar reċentement f’Barċellona, Berlin, u fis-Center for Fine Art Photography, Ft. Collins, Colorado. Għal 20 sena, ħadmet bħala artist f’residenza, u għallmet mijiet ta’ studenti tal-iskejjel pubbliċi l-qawwa tal-immaġinazzjoni biex toħloq it-tifsira f’dinja kumplessa bl-użu ta’ kliem, ritratti u vidjo.

Il-kurrikulu ta’ Diana għat-tagħlim taż-żgħażagħ fil-kitba, il-fotografija, u l-iffilmjar huwa użat fil-klassijiet lokalment u globalment. Fl-2012-13, hija serviet bħala visiting artist fil-Mużew tal-Arti f’Weatherspoon, f’kollaborazzjoni dwar residenza ta’ tagħlim ta’ sena f’The Newcomers School, li teduka immigranti li jkunu għadhom kif waslu, ħafna minnhom refuġjati politiċi. Fl-2017 u l-2018, Diana kienet benefiċjarja ta’ għotja fiċ-Ċentru Pulitzer u, b’kollaborazzjoni ma’ studenti tal-ġurnaliżmu, ipproduċiet id-dokumentarji Weaving Connections u Placing Identity.

Biex titgħallem iktar dwar ix-xogħol taʼ Diana, żur www.dianagreene.com

Ritratt: Diana Greene