Cédrine Scheidig (France)

Artista f’Residenza, 2021


Dwar il-Proġett

Insular

Insular huwa proġett fotografiku li jipproponi li tiġi investigata b’mod kreattiv l-esperjenza ta’ ħaddiema migranti ġodda li għadhom jaslu fl-akkwati tal-Belt Valletta. Filwaqt li jiffoka fuq il-mod kif il-migrazzjoni u l-mobilità kontinwament jifformulaw mill-ġdid l-imaġinarji viżwali tal-belt, l-artista se tesplora temi ta’ identità, dijaspora u l-ibridazzjoni kulturali fi ħdan it-topografija speċifika u t-temporalità tal-ispazju Malti.


Dwar l-Artista

Cédrine Scheidig hija fotografu u vidjografu Franċiża tal-Karibew ibbażata f’Pariġi, Franza Mħarrġa fl-Iskola Nazzjonali Franċiża tal-Fotografija f’Arles, ix-xogħol artistiku tagħha, li huwa bbażat fuq id-dokumentarju u miftuħ ħafna għall-prattiki kuratorjali, jinvestiga t-tħassib kontemporanju ta’ bnedmin dijasporiċi. Minħabba li jesploraw identitajiet u narrattivi personali transkulturali, l-immaġni ta’ Cédrine jindirizzaw firxa wiesgħa ta’ temi bħall-istorja kolonjali, il-mobilitajiet moderni, ir-relazzjoni man-natura u l-awtoskoperta.