Andrea Botto (Italja)

Artist f’Residenza, 2021


Dwar il-Proġett

Ephemera

Botto jaħdem fuq il-piroteknika f’Malta billi juża l-fotografija u l-iskultura. Dak li jimpressjonah ħafna huwa d-disinn tal-bombi tipiċi Maltin u l-logħob tan-nar tal-art mekkanizzat, li jidhru fil-plastiċità skulturali tagħhom. L-intenzjoni ta’ Botto mhux biss li jieħu r-ritratti, iżda wkoll li joħloq xi oġġetti reali biċ-ċeramika u l-injam. Jagħmel dan sabiex iġġedded u jagħti tifsiriet u possibbiltajiet ġodda lil tradizzjoni antika, bl-użu tal-ħin bħala qabża bejn l-immaġni bħala skultura u l-iskultura bħala immaġni.

Il-ħin effimeru ta’ effett tad-dawl jew stampa u mill-banda l-oħra l-ħajja twila ta’ skultura. Il-logħob tan-nar u ċ-ċeramika huma magħmula minn nar u trab: tal-ewwel idum biss ftit sekondi, tal-aħħar suppost li hija għal dejjem. Bix-xogħol tiegħu, Botto jrid jinvestiga l-ispazju/ħin ta’ bejniethom.


Dwar l-Artist

Andrea Botto (1973) huwa fotografu u lecturer Taljan. B’interess fil-pollinazzjoni inkroċjata bejn diversi mezzi tal-arti kontemporanja, huwa juża l-fotografija bħala mezz kif ifettaq id-dinja sabiex jesprimi l-kumplessità tagħha u jesponi s-stratifikazzjonijiet tagħha. Il-ħin, l-immaġinazzjoni kollettiva, kif ukoll it-trasformazzjonijiet attwali li jimmarkaw l-età preżenti huma t-temi ewlenin tax-xogħol tiegħu, li jesplora l-ekwilibriju instabbli li jirregola l-pajsaġġ, permezz tal-“estetika tal-qerda”.

Il-proġetti tiegħu ġew rikonoxxuti b’għotjiet u premjijiet u ġew eżebiti f’mużewijiet internazzjonali, inklużi l-Fotomuseum Winterthur, il-MAXXI f’Ruma, il-MoCA f’Shanghai, il-Mużew Benaki f’Ateni, iċ-Ċentru Kolkata għall-Kreattività. Ix-xogħlijiet tiegħu jinsabu f’kollezzjonijiet tal-arti kemm privati kif ukoll pubbliċi.