Internship Programme

Internship Programme 

L-Internship Programme ta’ Spazju Kreattiv, li ilu jopera minn meta ġiet imnedija l-Fondazzjoni Kreattività, joffri esperjenza unika għal dawk l-individwi li huma interessati jaħdmu u japprofondixxu l-għarfien tagħhom fix-xena kulturali u kreattiva. Mill-qalba tal-Belt Valletta, l-apprendisti se jkunu qed jaħdmu f’dan is-settur kreattiv, bl-opportunità wkoll li jaħdmu qrib artisti lokali u internazzjonali. Iżda fuq kollox, huma mistennija li jimpenjaw ruħhom biex iwasslu l-missjoni tagħna – fl-għan li nkunu katalisti għal kull tip ta’ espressjoni. Skond il-kwalifikazzjonijiet u l-esperjenza ta’ min japplika, l-apprendisti jistgħu jagħżlu li jaħdmu f’wieħed minn dawn is-setturi:

  • Amministrazzjoni tal-arti
  • Koordinazzjoni tal-programm
  • Customer Experience Management
  • Social media management
  • Manutenzjoni u żvilupp tas-sit elettroniku
  • Diżinn grafiku (preferenza tingħata lil dawk l-individwi li jistgħu jipprovdu l-apparat tagħhom)

Tul
It-tul ta’ dan il-programm jista’ jvarja bejn erba’ u tnax-il xahar.

Alloġġjament u stipendju
Mhumiex provduti

Jekk inti interessat u taħseb li tista’ tapplika għal wieħed jew aktar minn dawn is-setturi indikati, tista’ tibgħatilna l-applikazzjoni tiegħek billi timla l-formola t’hawn taħt.

Nota: Ma nistgħux nagħtuk garanzija li s-settur li tkun għażilt huwa disponibbli. Kandidati li huma kwalifikati se jitniżżlu fuq id-database tal-Fondazzjoni Kreattività.

Fields marked with an * are required