Malta Cafe Scientifique – Rise of the Quantum Machines

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Fil-ħajja ta’ kuljum, tazza tal-ilma li tkun inxterdet qatt mhu se tmur lura u timtela b’mod awtomatiku u naturali. Bħalma jingħad fit-taqbila, Humpty Dumpty maqsum f’ħafna biċċiet qatt mhu se jerġa’ sħiħ. B’mod stramb, tazza fid-dinja tal-quantum tista’ terġa’ timtela, u quantum Humpty Dumpty jista’ jerġa’ jgħaqqad lilu nnifsu flimkien. Huwa dan l-għaġir stramb li jagħmilha diffiċli biex jiġu ddiżinjati l-quantum machines. U huwa dwar dan is-suġġett li se tiffoka it-tielet sessjoni tas-serje tal-Malta Cafe Scientifique għal dan l-istaġun.

Il-Passat! Il-Preżent. Il-Futur? Diskussjoni

Spazji Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja

X'għandha tkun il-politika għaż-żamma ta' xogħol artistiku kontemporanju u kif għandha tkun ippreservata fil-kuntesti tas-seklu 21?"
"Kif jibbenefikaw l-entitajiet kulturali pubbliċi meta xogħol artistiku kontemporanju jiddaħħal fil-Kollezzjoni Nazzjonali?"
U b’dawn il-mistoqsijiet tagħlaq is-sensiela ta’ diskussjonijiet li lkoll kemm huma għamlu parti mill-proġett ta’ riċerka li Spazju Kreattiv wettaq riċentament, u li se jkompli jwettaq tul iż-żmien li ġej.

EBEJER: Kelmtejn mill-artist u Diskussjoni

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja

Bħala parti mill-proġett ta’ riċerka ‘EBEJER,’ taħdita fuq ix-xogħlijiet ta’ Francis u Damian Ebejer se tkun qed tiġi ppreżentata lil publiku generali. Prof Louis Laganà flimkient mal-artist, Damian Ebejer, se jkunu qed imexxu din it-taħdita.

“The Edge of Chaos”: esplorazzjoni tal-laqgħa bejn iż-żeffien u l-fotografu

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja

Fil-qalba ta’ dan is-seminar, imfassal fuq żewġ taqsimiet u mmexxi minn Jeremy de Maria, hemm tfittxijja għal dak li hu komuni bejn iż-żeffien u l-fotografu, bejn moviment fiżiku u moviment statiku maqbud f’ritratt, filwaqt li titfa’ lill-prattikanti tal-arti taż-żfin jew tal-fotografija, studenti u membri tal-pubbliku, fuq vjaġġ ta’ skoperta ta’ fenomenu lix-xjentisti jsejħulu bħala “the edge of chaos” (“tarf il-kaos”) - sitwazzjoni fejn konnessjonijiet ġodda, korrispondenza, tifsiriet u livelli għola ta’ tagħrif jistgħu jiġu skoperti jew forsi anke, jintlaħqu.

Explorers – Sessjoni III – Ġbir ta’ Narrattivi

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja

‘Explorers’ huwa proġett kollaborattiv fejn aspetti fundamentali dwar l-integrazzjoni huma ikkomunikati permezz ta’ installazzjoni interattiva u numru ta’ sessjonijiet ta’ arti. F’din is-sessjoni, żewġ attivisti u riċerkaturi Maltin se jħeġġu djalogu interkulturali permezz ta’ stejjer imfasslin fuq l-ispirtwalità, twemmin u moralità ta’ dawk preżenti.

Malta Cafè Scientifique – Visualising Social Wellbeing

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Kull ma jmur, is-soċjetà dejjem qed tinbidel. Dan huwa fatt. Xjentisiti, soċjoloġisti u antropoloġisti - kollha jisibuha diffiċli biex ilaħħqu magħha. Issa immaġina li terġa’ toħloq mill-ġdid dan l-istess xenarju li qed jinbidel daqshekk malajr, bħala ambjent virtwali fejn kollox jista’ jkun iddisinjat, ikkontrollat u ttestjat. B’referenza għal dan il-kunċett,, Dr Saviour Formosa se jkun qed jippreżenta din it-tip ta’ sitwazzjoni, u jorbotha flimkien mal-mudell virtwali tal-Belt kapitali ta’ Malta - Valletta.

Wiki Workshop – Europeana Art History Challenge

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Din is-sessjoni sservi bħala introduzzjoni għall-inizjattiva Europeana 280, proġett maħluq biex itejjeb it-tixried tal-informazzjoni ta’ xogħlijiet tal-arti, innominati minn Wikipedija. Dan il-katalogu li jinsab online, jinkludi forom differenti ta' wirt kulturali diġitizzatti kif ukoll xogħlijiet tal-arti, bħal pitturi, kotba, films, oġġetti li jinstabu f’mużewijiet, materjali t’arkivji u mużika.

Biosignal My Machines

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

F’dinja globalizzata, strutturata madwar it-teknoloġija, u fejn kollox u kullimkien jista’ jintlaħaq permezz ta’ ċaqliqa sempliċi tas-swaba’, aktar u aktar realtajiet ġodda fil-komunikazzjoni qed jintlaħqu - komunikazzjonijiet kondotti bil-qawwa tal-moħħ uman u sinjali intanġibbli, aktar milli permezz ta’ kapaċitajiet fiżiċi.

Sessjoni: Wiki Loves Monuments

Mkejjen Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja

Issottomettejt ir-ritratti tiegħek għall-konkors ta’ ‘Wiki Loves Monuments’? Matul din is-sessjoni ser inkunu qed nesploraw kif tista’ tuża r-ritratti li ssottomettejt għall-konkors ta’ ‘Wiki Loves Monuments’ għal artikli tal-Wikipedija u l-Wikivoyage.

Taħdita: Iċ-Ċimiterju Musulman-Ottoman ta’ Malta

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja

Kull fażi tal-bini taċ-ċimiterju Musulman-Ottoman ġewwa Malta lejn l-aħħar tas-seklu dsatax - mir-relazzjonijiet internazzjonali, il-patroċinju tal-Imperu Ottoman, l-iżvilupp tal-kunċett u l-proċess tal-bini nniffsu, se jiġu ppreżentati f’din it-taħdita mmexxija mir-riċerkatur u Professur, Conrad Thake.

Malta Café Scientifique – Il-Verità: Filosofija u Xjenza

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Permezz taż-żwieġ bejn ix-xjenza u l-filosofija, u l-2400 sena mit-twelid tal-ħassieb revoluzzjonarju Grieg, Aristotle, Café Scientifique se tmur lura għar-radiċi tagħha, li nibtu mill-imħabba kbira u profonda lejn l-għarfien.

L-Arti tal-Burlesk: Taħdita pubblika

Teatru ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

X’inku l-Burlesk? Għalfejn tissejjaħ arti? U b’liema mod qed tagħti vuċi lin-nisa? Din it-taħdita pubblika tpoġġina wiċċ imb wiċċ ma’ dawn il-mistoqsijiet marbutin mal-arti tal-Burlesk, sabiex nisfidaw l-ideat żbaljati li jista’ jkollna.

Cities as Community Spaces

Lil hinn

Cities as Community Spaces (http://conference.valletta2018.org/about) hija konferenza annwali li, din is-sena, se ġġib flimkien diversi entitajiet, individwi u riċerkaturi sabiex jiddiskutu u jfasslu l-futur ta' bliet bħala spazji komunitarji u l-legat ta' dawn il-komunitajiet.

This is Ability: Pjattaforma tal-Arti

Studjows Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja

THIS IS ABILITY hija pjattaforma li għandha tiġbed l-attenzjoni ta’ kull min hu kurjuż jew interessat li jsir jaf aktar dwar kif individwi u artisti li għandhom xi tip ta’ diżabilità jistgħu jagħtu sehemhom fis-settur artistiku lokali, u kif ukoll dwar ir-relevanza ta’ din il-forma ta’ arti u l-proċess kreattiv li huwa adottat minn artisti u diretturi li jaħdmu f’dan il-qasam.

€4.50 – €5

DRHA Malta 2018 – Sejħa għal Dokumenti u Proġetti

Lil hinn

Il-Fondazzjoni Kreattività qed tilqa’ proposti għal dokumenti, panels, sessjonijiet ta’ ħidma, wirjiet, rappreżentazzjonijiet, installazzjonijiet u diskussjonijiet roundtable fuq it-tema ta’ ‘Legati Kreattivi: Prattiċi Kollaborattivi tal-Patrimonju Diġitali Kulturali’ għall-Konferenza annwali DRHA Malta 2018.