Met Opera Live: Tosca (Puccini) 2019 / 2020 Programme

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Thriller operistiku ta’ Puccini jirritorna fis-serje Live in HD wara x-xandira fl-2017 li kienet niżlet tajjeb ferm. Din id-darba, is-sopran Anna Netrebko tinterpreta l-parti prinċipali, bħala d-diva appassjonata, flimkien ma’ Brian Jagde bħala l-maħbub tagħha

Met Opera Encores: Cavalleria Rusticana / Pagliacci

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

L-aktar żewġ spettakli b’saħħithom jirritornaw għal produzzjoni evokattiva taħt Sir David McVicar li jidderieġi l-azzjoni ta’ żewġ perjodi tal-istorja differenti fl-istess villaġġ Siċiljan.

Met Opera Summer Encores: Don Pasquale

Suċċess fenomenali sa mid-debutt fl-1843, il-kummiedja ta’ Donizetti tirrakkonta l-ġrajja taż-żwieġ tal-buffun xwejjaħ ma’ armla intelliġenti li tiddominah ma’ kull ċans li jkollha.

Met Opera Encores: Le Nozze di Figaro

Fil-produzzjoni mqanqla tal-kummiedja eċċezzjonali ta’ Mozart mid-Direttur Richard Eyre jieħdu sehem il-baritonu baxx Ildar Abdrazkaov bl-irwol tal-protagonist ta’ din l-opra bħala serv makakk.

Met Opera Encores: Madama Butterfly

Il-produzzjoni bellezza u atmosferika ta’ Anthony Minghella televa d-drama ta’ Puccini f’imħabba sfortunata u ddestinata għall-falliment.

Met Opera Encores: Tosca

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

L-opra eċċezzjonali u l-apiċe ta’ Puccini hija msawwra minn tim ta’ karattri mhux tas-soltu, inkluż diva tal-Opra inġenwa, pittur u ribell politiku, u kap tal-pulizija sadistiku.

Met Opera Encores: Il Trovatore

Anna Netrebko hija Leonora, it-tfajla nobbli fiċ-ċentru tal-istorja, li tħobb lill-poeta lirika – it-tenur Yonghoon Lee – iżda li qed tiġi mgħassa wkoll mill-Konti ta’ Luna, interpretat mill-abbli Dmitri Hvorostovsky.

Met Opera Encores: Turandot

Il-produzzjoni meravilja ta’ Franco Zeffirelli tpoġġi fuq quddiem is-sopran drammatiku Nina Stemme bħala Turandot, il-prinċipessa bierda Ċiniża li rrifjutat l-irġiel kollha li ġew quddiema.

MET Encore: The Magic Flute from December 30, 2006

Il-MET daħal fl-istorja f'Diċembru 2006 meta ppreżenta l-ewwel trażmissjoni Live in HD tiegħu fiċ-ċinemas ta’ madwar id-dinja - il-verżjoni mqassra bl-Ingliż ta' The Magic Flute ta' Mozart.

MET Encore: Carmen
(performance from January 16, 2010)

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Il-kapolavur ta’ Bizet li tittratta dwar is-seduttriċi żingara li tgħix skond ir-regoli tagħha biss kellu impatt ferm lil hinn mid-dinja tal-opra.

MET Encore: Porgy and Bess
(performance from February 1, 2020)

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Porgy and Bess tal-Gershwins qiegħda tirritorna l-Met għall-ewwel darba wara l-1990, fi produzzjoni ġdida b’direzzjoni ta’ James Robinson, li wkoll qiegħed jiddebutta.

MET Encore: Der Fliegende Holländer
(from March 10, 2020)

Għall-ewwel darba ġewwa l-Met Sir Bryn Terfel jinterpreta l-parti tal-Olandiż misterjuż, ikkundannat li jibqa’ jbaħħar l-ibħra għall-eternità, flimkien ma’ Anja Kampe fil-parti ta’ Senta, li bid-devozzjoni u d-dedikazzjoni ta’ mħabbitha tista’ teħilsu.

MET Live: Boris Godunov

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

René Pape, il-Boris renjanti tad-dinja, jinterpreta b’passjoni tremenda lit-tsar ittorturat maqbud bejn l-ambizzjoni u l-paranojja, u jagħti bidu għall-istaġun HD Live 2021–22 tant mistenni.

MET Encore: Fire Shut Up in My Bones

Ċinema ta' Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja, Valletta

Id-Direttur tal-Mużika tal-Met, Yannick Nézet-Séguin imexxi l-adattament tal-mużiċist tal-jazz u kompożitur Terence Blanchard bħala addatazzjoni tal-memorja kommoventi ta’ Charles M. Blow rebbieħa mill-Grammy.