Archives: Events

INSULAR

Spazju B, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

INSULAR huwa proġett fotografiku li jiffoka fuq il-ħajja ta’ kuljum u d-destin ta’ rġiel żgħażagħ mid-dijaspora Afrikana, li m’ilhomx ħafna li bdew jgħixu Malta. Dan joffri stampa sensittiva ta’ din il-komunità ġdida, u n-nisġa ta’ ritratti, pajsaġġi u arti ta’ natura mejta toħloq narrazzjoni poetika li tipprova toħloq sens ta’ appartenenza; simili għal dar li qed tinbena bejn hawn u hemmhekk.

When the Moon Waxes Red

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Fi żmien ta’ kriżijiet klimatiċi avvanzati, id-dinja għandha tinqara daqslikieku kienet skript li jeħtieġ li jiġi interpretat. Dan jorbot mal-għarfien tradizzjonali, ibiddel il-perspettivi u n-normi u jqajjem il-mistoqsija: Li kieku nipprulalirizzaw l-ideat tagħna dwar id-dinja u nagħrfu li l-fehim attwali tal-futur li ddomina d-dinja għal sekli sħaħ sempliċement iwassal għal tmiem fatali, x’jiġri?

A New Gothic

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

‘A New Gothic’ ser jippreżenta r-raba' u l-ikbar wirja ambizzjuża ta’ xogħol kontemporanju mill-artista u pittriċi Ġulja Holland. Mill-14 t’April sal-21 ta’ Mejju fl-iSpazju Ċ, ser ikun esibit serje ta’ xogħlijiet minn ħinha fl-Ingilterra, il-Portugal u Malta.