Archives: Events

Dying Planet

Spazju B, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Dying Planet: wirja solo ta’ illustrazzjonijiet u pitturi dwar l-Ansjetà klimatika u l-biża’ eżistenzjali mtella’ mill-illustratriċi, id-disinjatriċi u l-artista viżwali, ‘iella’ (Daniela Attard) - ġabra ta’ illustrazzjonijiet u pitturi b’fokus fuq l-ansjetà klimatika u l-biża’ eżistenzjali.

BioArt Alchemy: Works by Anna Dumitriu

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Din l-esibizzjoni mill-BijoArtista Brittanika ta’ fama internazzjonali, Anna Dumitriu, tieħu ispirazzjoni matul iż-żmien mill-istorja tax-xjenza u l-mediċina sar-riċerka l-aktar avvanzata fil-bijoloġija u l-ġenomika sintetika.

Marlands

Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Maritima-Islands huwa spazju komunikattiv għall-istituzzjonijiet, l-artisti, ir-riċerkaturi u l-pubbliku tal-Mediterran b’attenzjoni speċjali fuq il-gżejjer tar-reġjun.

Latent Spaces Reframed – Malta

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Latent Spaces Reframed – Malta hija installazzjoni immersiva ta’ xogħlijiet speċifiċi għas-sit, immexxija minn Ana Baer Carrillo u Heike Salzer, taħt l-umbrella ta’ WECreate Productions.

Katya – Trans Icon & Trailblazer

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Hija kienet tipprovoka sentimenti kunfliġġenti minn dawk l-aktar qrib tagħha, iżda kull min kien jaf lil Katya Saunders jaqbel fuq punt wieħed – hija kienet mara li għexet il-verità tagħha, irrevelanti minn kollox. Issa, wara ftit aktar minn tliet snin mill-mewt tagħha, se niċċelebraw il-ħajja ta’ Katya b’esibizzjoni li tenfasizza l-faċċati differenti ta’ waħda mill-ewwel nisa transġeneru li kissret il-fruntieri f’termini ta’ diversità u inklużjoni sesswali f’Malta.

INSULAR

Spazju B, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

INSULAR huwa proġett fotografiku li jiffoka fuq il-ħajja ta’ kuljum u d-destin ta’ rġiel żgħażagħ mid-dijaspora Afrikana, li m’ilhomx ħafna li bdew jgħixu Malta. Dan joffri stampa sensittiva ta’ din il-komunità ġdida, u n-nisġa ta’ ritratti, pajsaġġi u arti ta’ natura mejta toħloq narrazzjoni poetika li tipprova toħloq sens ta’ appartenenza; simili għal dar li qed tinbena bejn hawn u hemmhekk.

Anamnesis

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Il-proġett huwa esibizzjoni viżiva introspettiva minn Clint Calleja, li tikkonsisti minn pitturi, skulturi, fotografija u installazzjonijiet li jduru madwar it-tema ta’ “Trawma u Memorja”. Ix-xogħlijiet tal-arti se jseħħu permezz ta’ rikollezzjonijiet awtobijografiċi li jibqgħu impressi fil-memorja tiegħu. Sfortunatament, ħafna minn dawn huma ta’ natura trawmatika.

Carnival Exhibition

Atrium / Atrium Approach / Upper Atrium

Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd u Spazju Kreattiv, flimkien ma’ Festivals Malta, għal darb’oħra sejjer ixidd l-ilwien tal-Karnival u jorganizza numru t‘attivitajiet fl-imkejjen tiegħu. Il-program ser jinkludi wirja ta’ kostumi tal-karnival kif ukoll il-Qarċilla mqarba li f’dawn l-aħħar snin reġgħet ħadet il-ħajja.

Prestorjha

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Prestorjha hija wirja ta’ xogħol artistiku ġdid minn Enrique Tabone li jorbot direttament ma’ dak li l-artista bdiet taħdem fuqu fl-2019 bi tħejjija għall-wirja Art+Feminism li dehret fi Spazju Kreattiv f’Marzu tal-2020. It-tema torbot mal-figuri tan-nisa fl-arti tal-prestorja, partikolarment fil-gżejjer Maltin.

When the Moon Waxes Red

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Fi żmien ta’ kriżijiet klimatiċi avvanzati, id-dinja għandha tinqara daqslikieku kienet skript li jeħtieġ li jiġi interpretat. Dan jorbot mal-għarfien tradizzjonali, ibiddel il-perspettivi u n-normi u jqajjem il-mistoqsija: Li kieku nipprulalirizzaw l-ideat tagħna dwar id-dinja u nagħrfu li l-fehim attwali tal-futur li ddomina d-dinja għal sekli sħaħ sempliċement iwassal għal tmiem fatali, x’jiġri?

Transparencies of the soul

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Lucia Vallejo hija Baska u għandha sfond fl-istorja tal-arti, u dan mhuwiex fatt li għandu jiġi injorat. Waslet għad-dinja tal-iskultura permezz tal-pittura, mhux fis-sens li kienet pittriċi, imma fis-sens li kienet studjat il-mekkaniżmi tal-pittura u l-istruttura tagħha.

Backlot

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

Backlot hija esibizzjoni ġdida minn Charlie Cauchi. Hi tuża vidjos, stampi fotografiċi, strutturi mibnija u aktar biex tispjega l-possibbiltajiet kumplessi tar-rappreżentazzjoni ċinematika fuq l-iskrin u anke n-nuqqas tagħha f’Malta.

MASTER OF FINE ARTS IN DIGITAL ARTS (MFA) – 2023 SHOWCASE

Spazju A, Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja, Valletta

The Degree Exhibition will showcase the final projects of the student cohort following the MFA in Digital Arts degree programme organised by the Department of Digital Arts at the University of Malta.