ŻfinMade

Loading Events

ŻfinMade

26 November 2020 @ 8:00 pm - 9:10 pm
|Recurring Event (See all)

An event every day that begins at 8:00 pm, repeating until 29 November 2020

ŻfinMade hija inizjattiva ġdida ta’ ŻfinMalta, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Paolo Mangiola, li tistieden seba’ koreografi emerġenti bbażati f’Malta biex joħolqu xogħolijiet ġodda bħala solisti ma’ wieħed miż-żeffiena tal-kumpanija. Il-proġett huwa estensjoni tal-programm Artist in Residence ta’ ŻfinMalta u jinvolvi residenti mill-passat u l-preżent. Huwa wieħed mill-programmi annwali tal-kumpanija, ippreżentati bħala koproduzzjoni ma’ Spazju Kreattiv, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta.

Dan jingaġġa residenti mill-passat u mill-preżent, u huwa wieħed mill-programmi rinomati annwali tal-kumpanija, preżentat bħala ko-produzzjoni ma’ Spazju Kreattiv, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

ŻfinMade jeżemplifika l-impenn preżenti ta’ ŻfinMalta li jikkoltiva prattiċi ta’ danza kontemporanja f’Malta. Il-proġett jagħti lok għall-impenn li jitrawmu u jiġu mgħallma artisti lokali, u jitressqu f’kuntatt mal-istituzzjonijiet rinomati fil-pajjiż.

ŻfinMalta jipprovdi lil kull wieħed mis-sitt koreografi bir-riżorsi sabiex jiżviluppa u jikkrea xogħol ġdid, inkluż it-tutorat mid-direttur artistiku u t-tim tal-kumpanija, kif ukoll żewġ drammaturgi rinomati internazzjonali Rodia Vomolou  u Thomas Schaupp. ŻfinMade tikkulmina f’erba’ serati ta’ danza b’varar tax-xogħol u b’introduzzjoni tal-koreografi u ż-żeffiena lill-udjenzi ġodda.

Dati u Ħin
Il-Ħamis 26 ta’ Novembru 2020, 8pm
Il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 2020, 8pm
Is-Sibt 28 ta’ Novembru 2020, 8pm
Il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2020, 8pm

Jekk jogħġbok ara hawn taħt għall-iskeda tal-artisti.

Ticket Information

Adulti
€20 / €15 / €7
Konċessjonijiet
€15 / €12 / €7
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)
Il-prezz jiġi skontat awtomatikament meta jintgħażlu l-biljetti għaż-żewġ dati mixtieqa.

Venue Information

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Additional Information

Tul ta' Ħin
1h 10m
Ċert
5+
Lingwa
n/a

Taħdita Teatru – Żfin Made – Il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru

F’din l-edizzjoni ta’ Taħdita Teatru, id-Direttur Artistiku ta’ ŻfinMalta, Paolo Mangiola, jitkellem dwar il-produzzjoni ŻfinMade. F’konversazzjoni ma’ sebgħa koreografi li x-xogħol tagħhom ġie imfassal fi programm uniku ta’ żfin, aħna se niddiskutu t-temi u l-evoluzzjoni ta’ kull solo. Din l-opportunita’ unika hija għal kull min hu kurjuż dwar il-proċess kreattiv, u kif wieħed jasal għal kreattivita’ fiż-żfin. 


Il-Ħamis 26 ta’ Novembru & Is-Sibt 28 Novembru

This Is Not A Solo
Rochelle Gatt
Darba fost l-oħrajn, qabel in-Nokia 3310 u l-moviment kompulsiv tas-sebgħa ‘il fuq u ‘l isfel, aħna konna porużi. Ngħixu fi żmien li fih nassorbu anqas dak li huwa reali u minflok id-dejta qed tassorbi lilna. JIEN NESPERJENZA, JIEN NIRREKORDJA, JIEN INTELLA’ U JIEN NIFREX. Probabbli dawn huma l-aktar mezzi b’saħħithom li wieħed jintegra fil-komunità. Is-sieq il-leminija tagħna mwaħħla ġo gandott tafli tad-‘Datiżmu’, filwaqt li s-sieq ix-xellugija qed tirtogħod il-ħin kollu, tipprova tiġġieled għall-libertà u l-awtentiċità. Aħna naħsbu li aħna l-awuri tagħna nfusna, iżda d-dejta saret arma li taffettwa kif nieħdu d-deċiżjonijiet, mhux l-esseru intern tagħna. This is Not A Solo hija kollaborazzjoni maż-żeffien, u mal-awtur Andrè Agius.

Me to Me
Diane Portelli
Il-modi li bihom aħna niffurmaw l-identitajiet jista’ jiddependi mill-istejjer li noħolqu u nirrakuntaw lilna nfusna. Me to Me tesplora li d-djalogu personali u intern, li jikkulmina fi spettru sħiħ ta’ emozzjonijiet. Iffukata u mibnija madwar it-teknika tar-raġunar awtobijografiku, użata biex tiddokumenta n-narrativa interna ta’ dak li jkun, aħna xhieda tal-vjaġġ personali taż-żeffin hekk kif hu jissielet mal-vuċijiet u jinnegozja magħhom huwa stess.

Non-Linear Body/ies
Maria Concetta Cariello
Non-Linear Body/ies tistabilixxi l-vjaġġ taż-żeffien minn ġewwa diversi korpi tal-eżistenza vibrazzjonali umana: dik fiżika, emozzjonali, mentali u spiritwali. Huwa vjaġġ intier personali u universali, permezz tal-esplorazzjoni tal-ħames elementi tal-prattika somatika: in-nifs, il-vokalizzazzjoni, il-kuntatt, il-moviment u l-ħemda tal-kwiet. Qed issejjaħ ir-ritorn għall-għerf tal-ġisem u għas-sejba tal-konnessjonijiet awtentiċi u intimi ma’ kull aspett tal-eżistenza ta’ ġewwa tagħna.


Il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru & Il-Ħadd 29 ta’ Novembru

HER
Julienne Schembri & Deborah Falzon

HER tfittex li tirrakonta l-istorja ta’ waħda mill-aktar esperjenzi ta’ mara rimarkabbli ta’ migrazzjoni u ta’ sejba tas-saħħa tad-danza fl-isfera tal-attiviżmu. Permezz tas-saħħa tal-prestazzjoni, Schembri u Falzon joħolqu kuxjenza mhux biss tar-reżiljenza, is-saħħa u l-bravura tal-mara, iżda tal-immigranti kollha li jgħixu fil-kommunitajiet. Dan is-solo huwa kontinwazzjoni ta’ Dance Beyond Borders, b’għajnuna mir-Research Support Grant (Art Council Malta), u jistieden lill-kollaboraturi biex iġibu rispons diversifikat u artistiku għall-istorja biex joħolqu eperjenza sensorjali u provokattiva.

Not So Loud
Zoe Camilleri
Not so loud hija koreografija li tesplora ir-relazzjoni bejn spazju u ġeneru fis-soċjetà tal-lum. Tagħti ħarsa wkoll lejn l-użu ta’ sterjotipi li ġew normalizzati u saru inosservati. L-aċċettazzjoni għamja ta’ ċertu strutturi bħal dawn tikkontribwixxi għall-okkupanza ta’ spazju inugwali bejn ir-raġel u l-mara.

eeka
Gaby Davies
Dan is-solo jdur mal-kunċett tal-vulnerabbilità, hekk kif jidher minn stat psikoloġiku. L-ispirazzjoni ġejja minn dance residency li Gaby attendiet fl-Indja, fejn ir-riċerka għall-esperjenzi personali, l-osservazzjonijiet u l-moviment wassluha sabiex tirrikonoxxi s-sensittività tal-istati emozzjonali kawża tal-vulnerabilità u l-impatt fuq il-lingwa tal-ġisem, l-interazzjonijiet soċjali u l-benesseri mentali. Ix-xogħol jimmira li juri l-vjaġġ psikoloġiku tal-individwu permezz ta’ koreografija narrattiva astratta.


Tim Kreattiv

Direttur Artistiku: Paolo Mangiola

Koreografu / Żeffien
Rochelle Gatt / Felix Deepen
Julienne Schembri & Deborah Falzon / Andrea Martin Albert
Gaby Davies / Tara Dalli
Maria Concetta Carielllo / Simon Riccardi Zani
Diane Portelli / Keith Micallef
Zoe Camilleri / Amber Van Veen

Drammaturgi: Rodia Vomvolou & Thomas Schaupp
Disinn tad-dawl: Moritz Zavan Stoeckle
Kostumi: Julia Boikova

Photo credit: Neil Grech
ŻfinMade hija ko-produzzjoni ma’ Spazju Kreattiv, preżentata b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Biljetti

Adulti
€20 (iż-żewġ Prestazzjonijiet) / €15 (Prestazzjoni waħda)

Konċessjonijiet
€15 (iż-żewġ Prestazzjonijiet) / €12 (Prestazzjoni waħda)
Studenti, Anzjani u detenturi tal-Karta tal-Identità Speċjali

Video On Demand
€7 (iż-żewġ prestazzjonijiet)

Il-prezz jiġi skontat awtomatikament meta jintgħażlu l-biljetti għaż-żewġ dati mixtieqa.