Loading Events
  • This event has passed.

Wiki Loves Art 2019

25 January 2019 - 14 April 2019

Art from the Fondazzjoni Kreattività Collection: Documenting 2013-2018

Art from the Fondazzjoni Kreattività Collection: Art+Feminism 2019

Wikimedia Community Malta Info Space

Art Additives

 

Wiki Loves Art in Malta hija sensiela ta’ attivitajiet bejn Jannar u April tal-2019 li ddur madwar id-dokumentazzjoni tal-arti ġewwa Malta. Spazju A ilu mill-25 ta’ Jannar jippreżenta Arti mill-kollezzjoni ta’ Spazju Kreattiv ta’ bejn l-2013 u l-2018, b’għażla minn xogħlijiet miġbura minn attivitajiet organizzati mill-Kavallier ta’ San Ġakbu u mill-programm ta’ Spazju Kreattiv bejn is-snin 2013 u 2018.  Spazju Ċ ilu mill-1 ta’ Frar jilqa’ fih numru ta’ xogħlijiet mill-kollezzjoni ta’ Fondazzjoni Kreattività minn artisti nisa li x-xogħlijiet tagħhom kienu esebiti ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu bejn is-sena 2000 u s-sena 2018.  Spazju B se jkun qiegħed jesebixxi attivitajiet riċenti mill-Wikimedia Community Malta.  Erba’ attivitajiet ta’ Art Additives li jappoġġjaw id-dokumentazzjoni u l-legat tax-xogħlijiet murija se jkunu qed iseħħu bejn Jannar u April.  Dan il-programm ta’ attivitajiet qiegħed jittella’ flimkien ma’ Wikimedia Community Malta, il-Fondazzjoni M3P, Il-Fondazzjoni Gabriel Caruana, u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta.


 

 

 


 

Arti mill-Kollezzjoni ta’ Fondazzjoni Kreattività: Niddokumentaw 2013-2018

Dati: Il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar – Il-Ħadd, 7 t’April 2019
Post:  Spazju A, Spazju Kreattiv

Ix-xogħol fuq il-kumpilazzjoni ta’ katalgu dettaljat tal-kollezzjoni tal-arti tal-Fondazzjoni Kreattività – bħalissa maħżuna fil-Kavallier ta’ San Ġakbu – ilu għaddej minn Jannar tal-2016. Minbarra xogħlijiet tal- arti, il-proġett qed jidentifika wkoll id-dokumentazzjoni estensiva marbuta ma’ proġetti kreattivi, li jinkludu proposti, stqarriji għall-istampa, ritratti, reċensjonijiet, filmati u materjal ieħor. Fl- 2019, il-proġett se joħloq dokumentazzjoni ta’ biċċiet arkivjati bejn l-2013 u l-2018, flimkien ma’ workshops relatati, sessjonijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni u taħditiet. Il-proġett ta’ riċerka u arkivjar kollu beħsiebu jitlesta fl-2020 bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-20 Sena Anniversarju tal- Fondazzjoni Kreattività.

 

Arti mill-Kollezzjoni ta’ Fondazzjoni Kreattività: Art+Feminism 2019

Dati: Il-Ġimgħa, 1 Frar- Il-Ħadd, 31 ta’ Marzu, 2019
Post: Spazju Ċ, Spazju Kreattiv

Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal- proġett Art+Feminism, li beda f’Malta fl-2018, permezz ta’ kollaborazzjoni bejn il-Wikimedia Community Malta, M3P Foundation u Spazju Kreattiv, wirja kkurata se turi xogħlijiet mill- kollezzjoni tal-Fondazzjoni Kreattività magħmula minn artisti nisa. Flimkien ma’ din il-wirja, l-attivitajiet se jinkludu numru ta’ workshops, inkluż workshops fuq l-editjar fuq Wikipedia, b’hekk ikomplu jindirizzaw id-disparità bejn issessi fuq Wikipedia u jżidu l-għarfien dwar artisti nisa u x-xogħol tagħhom f’Malta.

Ser ikun hemm programm ta’ taħditiet minn Dr Tracy Prince, skular ta’ Fulbright minn Portland State University:

Publishing Women’s Stories
Data u Ħin: It-Tlieta 5 ta’ Marzu, 2pm – 4pm
Post: VC101, ICT Services Building, L-Università ta’ Malta

Changing the historic lack of women’s representation on Wikipedia  
Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 8 ta’ Marzu, 3.30pm – 6.30pm
Post: Spazju A, Spazju Kreattiv

Art Residencies, Fellowships and Fundraising
Data u Ħin: It-Tlieta, 12 ta’ Marzu, 7pm
Post: Studjow B, Spazju Kreattiv

 

Wikimedia Community Malta Info Space 

Dati: Il-Ħamis, 14 ta’ Frar – Il-Ħadd, 14 t’April, 2019
Post: Spazju B, Spazju Kreattiv

Wikimedia Community Malta (WCM) huwa grupp lokali uffiċċjalment affiljat ma’ Wikimedia Foundation, stabbilit fl-2016 bil-għan li jinkoraġġixxi attivitajiet li jaqgħu taħt il-kappa Wiki f’Malta. S’issa WCM mexxiet tliet edizzjonijiet talkonkors internazzjonali tal-fotografija lokalment bl-isem Wiki Loves Monuments. Permezz ta’ dan il konkors, il-pubbliku ssottometta 7500 ritratt ta’ monumenti Maltin bħala Wikimedia Commons, fejn jistgħu jintużaw u jitqassmu b’mod liberu. WCM ikkollaborat ukoll ma Wiki Loves Art u Art+Feminism, żewġ proġetti li jippromwovu d-dokumentazzjoni tal-Arti u n-nisa artisti fi ħdan il pjattaforma wiki. Din l-esebizzjoni ser titfa’ dawl fuq l-attivitajiet ta’ Wikimedia Community Malta hekk kif ser jaħbtu ma’ Wiki Loves Art 2019 u l-esebizzjoni ta’ Spazju Kreattiv Art+Feminism.

 

Art Additives

Dan l-avveniment ser ikollu serje ta’ Art Additives jikkumplimentawh:

Wikipedia Editing Workshop, Immexxija minn Dr Toni Sant
Il-Ħamis, 7 ta’ Frar 2019, 5:30pm
Spazju A, Spazju Kreattiv

Gabriel Caruana Legacy Edit-a-thon
Il-Ġimgħa, 8 ta’ Frar 2019, 5:30pm
Spazju A, Spazju Kreattiv

Wiki Loves Art 2019: Art from the Fondazzjoni Kreattività Collection – Artistic Director’s Tour
Is-Sibt, 9 ta’ Frar 2019, 11am
Spazju A u Spazju Ċ, Spazju Kreattiv

Preserving and Accessing the Fondazzjoni Kreattività Art Collection
L-Erbgħa, 13 ta’ Frar 2019, 7pm
Spazju A, Spazju Kreattiv

Publishing Women’s Stories
It-Tlieta 5 ta’ Marzu, 2pm – 4pm
VC101, ICT Services Building, L-Università ta’ Malta

Art+Feminism 2019 Edit-a-thon
Il-Ġimgħa, 8 ta’ Marżu 2019, 3:30pm – 6:30pm
Is-Sibt, 9 ta’ Marżu 2019, 10am – 4pm
Spazju A, Spazju Kreattiv

Changing the historic lack of women’s representation on Wikipedia  
Il-Ġimgħa, 8 ta’Marzu, 3.30pm – 6.30pm
Spazju A, Spazju Kreattiv

Wiki Loves Art 2019: Art from the Fondazzjoni Kreattività Collection – Artistic Director’s Tour
Is-Sibt, 9 ta’ Marżu 2019, 11am
Spazju A u Spazju Ċ, Spazju Kreattiv

Art Residencies, Fellowships and Fundraising
It-Tlieta, 12 ta’ Marzu, 7pm
Studjow B, Spazju Kreattiv

Creative Team
Sabrina Calleja Jackson, Andrew Pace, Toni Sant

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazji

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a