Loading Events
  • This event has passed.

Whale Rider

16 Frar 2021 @ 7:30 pm

Data u Ħin: It Tlieta, 16 ta’ Frar 2021, 7.30pm

Nixtiequ li kulħadd igawdi minn dan il-film mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok kun prudenti u tibbukkjax biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi

Direttur by:
Niki Caro

Whale rider huwa maħdum f’villaġġ żgħir mal-kosta fi New Zealand fejn Māori jeżiġu dixxendenza minn Paikea, il- Whale Rider.  F’kull ġenerazzjoni, eredi raġel ingħata t-tiltu ta’ rajjes. It-tifel il-kbir tar-rajjes, Porourangi, ikollu tewmin – tifel u tifla, iżda t-tifel u l-omm imutu traġikament waqt il-ħlas.  It-tifla li salvat issemmiet Pai.  Il-missier imnikket jagħti lil bintu biex titrabba ma’ nannietha Koro u Flowers.  Koro, ir-rajjes, jirrifjuta li jirrikonoxxi lil Pai bħala l-eredi t’ibnu.

12-il sena wara Porourangi, issa artist rinomat internazzjonalment, jittitorna d-dar għall-viżta rari u qasira.  Koro xtaq ħafna li jirrisolvu d-differenzi tagħhom u sa fl-aħħar Porourangi jaċċetta d-destin tiegħu.  Iżda Porourangi, li sab ħajja komda għalih fl-Ewropa m’għandu l-ebda intenzjoni li jsir Rajjes wara missieru.

Koro huwa konvint li l-isfortuni tat-tribù bdew mat-twelid ta’ Pai u jiftaħ sejħa mal-poplu tiegħu sabiex iressqu lis-subien ta’ 12-il sena sabiex jibda jrawwimhom.  Huwa kien ċert li permezz ta’ proċess intensiv ta’ tagħlim u ripetizzjoni t’għanjiet, għarfien tribali u tekniki tal-ġlied, jinstab,il-mexxej futur.  Eskluża minn das-sessjonijiet, Pai titlob l-għajnuna ta’ zijuha sabiex jgħallimha dwar it-tmexxija tradizzjonali.

Sadanittant, fil-qalba tal-oċean, ġliba baleni bdiet tinġema’ u tinġibed lejn Pai u d-destin tewmi tagħha.  Meta l-baleni jispiċċaw mitluqa fuq ix-xatt, Koro jiffissa li dan is-sinjal ifisser it-tmiem apokaliptiku tat-tribù tiegħu.  Sakemm persuna waħda tkun lesta tagħmel l-aħħar sagrifiċċju sabiex issalva l-poplu.

Maħdum fil-belt Whāngārā fuq il-kosta tal-Lvant, Whale Rider jirrakkonta l-istorja ta’ Pai (Keisha Castle-Hughes), tfajla ċkejkna mit- tribù Māori, li tisfida t-tradizzjoni u tuża l-passat sabiex issib is-saħħa tmexxi lill-poplu tagħha ‘l quddiem.

It-Tieni film ta’ Niki Caro huwa bbażat fuq in-novella The Whale Rider ta’  Witi Ihimaera.   L-amalgamazzjoni tal-post u l-kultura, flimkien mal-istorja universali tal-vjaġġ taż-żogħżija, Whale Rider intlaqa’ b’suċċess kbir internazzjonalment, u rebaħ l- ‘Audience Choice Awards’ f’Sundance u Toronto filwaqt li l-attriċi żagħżuha rebħet Academy Award għall-interpretazzjoni tagħha.

Informazzjoni dwar fejn inġibed il-film

Maħdum fil-belt Whāngārā fuq il-kosta tal-Lvant.

Il-wiri ta’ dan il-film huwa kollaborazzjoni bejn in-New Zealand High Commission u Spazju Kreattiv

 

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Dħul b'xejn, prenotazzjoni meħtieġa
Konċessjonijiet
Dħul b'xejn, prenotazzjoni meħtieġa
Tfal
Dħul b'xejn, prenotazzjoni meħtieġa
Cinema Club Members
Dħul b'xejn, prenotazzjoni meħtieġa
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 30min
Ċert
PG
Lingwa
n/a