Loading Events
  • This event has passed.

We are not Princesses

11 December 2019

Ticket Information

free
Adult
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Ċinema

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
74 minuta
Cert
N/A
Language
Għarbi b'sottotitli bl-Ingliż
:

Data u Ħin: L-Erbgħa, 11 ta’ Diċembru 2019, 7pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: dħul b’xejn, prenotazzjoni meħtieġa

Nixtiequ li kulħadd igawdi minn dan il-film mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok kun prudenti u tibbukkjax biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi

 

 

 

 

UNHCR, l-Aġenzija tar-Refuġjati tan-NU f’Malta, qed tospita wirja b’xejn tad-dokumentarju We are not Princesses bħala parti mis-16-il Jum għall-Attiviżmu kontra l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru, kampanja internazzjonali maħsuba biex toħloq kuxjenza u tieħu azzjoni biex twaqqaf il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet madwar id-dinja. Il-kampanja annwali tibda fil-25 ta’ Novembru, il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, u tispiċċa fl-10 ta’ Diċembru, li huwa l-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Dan id-dokumentarju se jiġi segwit minn diskussjoni u sessjoni ta’ mistoqsijiet u risposti. Il-panel se jkun magħmul minn partijiet interessati (governattivi u nongovernattivi) li jaħdmu mar-refuġjati u ma’ persuni li jfittxu l-ażil, kif ukoll vittmi tal-vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneru. Se tingħata attenzjoni partikolari għal nisa refuġjati u l-emanċipazzjoni. 

We Are Not Princesses kien dirett u ffilmjat minn Bridgette Auger u Itab Azzam, u huwa produzzjoni ta’ Open Art Productions.

B’filmati intimi u animazzjoni li ssaħrek, We Are Not Princesses isegwi kif dan il-grupp ta’ nisa isib id-daħk u r-rieda minn wara l-kwinti, hekk kif jingħaqdu flimkien biex itellgħu d-dramm Grieg tal-qedem, Antigone. Fl-2014, l-Open Art Foundation organizzaw workshop tat-teatru ma’ refuġjati nisa Sirjani f’Bejrut biex joħolqu spazju għall-komunità u biex jipprovdu għodda biex jgħinu lin-nisa jipproċessaw it-trawma tagħhom minħabba l-kunflitt kontinwu fis-Sirja. Dan il-film jiffoka fuq in-nisa b’saħħithom, reżiljenti u ta’ spiss ċajtiera Sirjani, li mexjin ’il quddiem minkejja s-sitwazzjoni li dejjem qed tiġi għall-agħar f’art twelidhom.

Kemm jekk qed ipaċpċu f’xi kafetterija ħdejn il-baħar, jew jerġgħu jsiru tfal f’xi fiera matul il-lejl, dawn ix-xeni mqanqla huma l-post fejn id-diskuzzjoni intensa u t-trasformazzjoni tibda sseħħ. Li jpejpu sigarett u li jagħmlu l-makeup isiru atti ta’ ribelljoni kontra l-awtorità soċjali u patrijarkali. Iżda l-istejjer ta’ orrur tal-isfond li wassal lil dawn in-nisa f’Bejrut qatt ma jkunu ’l bogħod mill-istorja. Mona tirrakkonta l-mewt ta’ binha; Fedwa jaqbduha l-palpitazzjonijiet hekk kif tipprova tirrakkonta l-istorja ta’ binha li ma kellhiex il-possibbiltà li tista’ tidfnu; Heba tiftakar l-aħħar xewqa għal noodles u jogurt ta’ ħuha qed imut bil-ġuħ. Dawn l-istejjer jipprovdu kuntest għall-gwerra fis-Sirja, u jistabbilixxu wkoll il-punt ta’ aċċess ta’ dawn in-nisa fl-istorja ta’ Antigone, storja li fiha n-nisa jibdew ix-xogħol iebes li jipproċessaw it-trawmi personali u nazzjonali tagħhom. Ma niffokawx fuq dak li tilfet is-Sirja, iżda fuq dak li għad għandha—nisa b’saħħithom li qed jippruvaw jirkupraw dak li għad baqa’ mis-soċjetà mkissra tagħhom u jimxu ’l quddiem.