Loading Events
  • This event has passed.

Video Vortex XII Exhibition

13 September 2019 - 4 November 2019

Dati:       

Spazju A –  13 ta’ Settembru – 6 ta’ Novembru 2019
Spazju C –  13 ta’ Settembru – 3 ta’ Novembru 2019

Post: Spazju A u Spazju C, Spazju Kreattiv
Dħul b’xejn

 

Il-wirja  ta’ ‘Video Vortex XII’ tifforma parti integrali mill-programm kontinwu ta’ avvenimenti madwar aspetti tal-arti tal-video, li bħalissa tesponi l-konfini li dejjem jinbidlu fir-rapreżentazzjonijiet tal-arti kontemporanja tal-ġurnata tal-llum, fil-qasam diġitali, tal-internet, virtwali u arti interattiva, fost oħrajn. Dis-sena Video Vortex qed timmira li tiddiskuti dawn l-iżviluppi billi tagħti ħarsa aktar mill-qrib lejn il-koeżjonijiet li ġew imġiegħla jieħdu movimenti ġenerali.

Din il-wirja hija wkoll parti integrali mit-tnax -il konferenza ta’ Video Vortex, li se ssir fi Spazju Kreattiv fl-aħħar weekend ta’ Settembru tal-2019. Lil hinn minn ambjent akkademiku, li tinvolvi ċ-ċirku infinit li jeżisti bejn r-riċerka tal-arti u l-ħidma tal-arti, tgħin lill-udjenza tara x-xogħol f’din il-wirja kif propju hu: xogħol ta’ arti viżwali li għandhom impatt estetiku maħsub (u f’xi każijiet mhux maħsub) fuq kull min jarahom.

L-element utli ta’ kuntest li huwa nieqes għal kull min iżur l-esebizzjoni mhux fil-ġranet tal-konferenza tal-Video Vortex jagħti l-possibilità biex jinkiseb aktar tagħrif dwar ix-xogħol minn dawk li għamlu l-videos stess. Parti kruċjali minn dak li jagħmel l-eżibizzjoni ta’ din il-Video Vortex hija tassew l-iskambju tal-ideat madwar ix-xogħol u li jinqasmu bosta perspettivi minn diversi persuni li jagħmlu l-videos interessati f’temi relatati, jew li jieħdu sehem f’tekniki simili. Sa ftit ilu, dawn l-aspetti tal-arti ġdida tal-midja kienu jiġu meqjusa bħalha xi ħaġa minn futur ‘il bogħod. Il-futur huwa issa.

Din il-wirja ma kinitx tkun possibli mingħajr ir-rieda tal-fondaturi u d-detenturi tal-Video Vortex sabiex iġibu din il-ġabra Malta. Id-Dipartiment tal-Arti Diġitali tal-Università ta’ Malta ikompli jistabilixxi kontinwament din il-forma tal-arti permezz ta’ kollaborazzjonijiet mal-Istitut tan-Netwerks tal-Kulturi u ma’ Spazju Kreattiv sabiex joħolqu lokalment dan il-fenomenu globali. L-interess li dejjem jikber fl-arti tal-video fix-xena tal-arti f’Malta huwa wkoll kalamita essenzjali għall-preżentazzjoni ta’ din il-wirja.

With the participation of
Spazju A: Werther Germondari, Irena Paskali, Liat Berdugo & Emily Martinez, Joseph De Lappe, Zlatko Ćosić, Gabriel Lim, Pablo Núñez Palma, Letta Shtohryn Spazju C: Di Hu, Felix Leffrank, Vince Briffa and Michael Alcorn, Ryan Woodring, Tivon Rice, Sarawut Chutiwongpeti, Mats Hjelm, Hang Li, Caroline Rosello, Agil Abdullayev, Agorama, Max Grau, Tamara Kametani and Feng Mengbo.
Creative Team
Sabrina Calleja Jackson, Justin Galea, & Adnan Hadzi kuratur: Toni Sant

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazji

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a