Loading Events
  • This event has passed.

Valletta Film Festival Weekend

17 January - 19 January
With the participation of
Valletta Film Festival Spazju Kreattiv – Fondazzjoni Kreattività, St James Cavalier, Valletta
Event Category:

Ticket Information

Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Venue Information

Ċinema

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
N/A
Cert
N/A
Language
N/A

Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club)

Il-Valletta Film Festival Weekend huwa organizzat mill-Film Grain Foundation, u jifforma parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv.

mjesecina1 1

Full Moon (Pun Mjesec)

Dati u Ħinijiet:
Il-Ġimgħa, 17 ta’ Jannar, 2020, 6.30pm
Is-Sibt, 18 ta’ Jannar, 2020, 1.30pm

Il-kriminali sinjuri jistgħu jħallsu għall-ħelsien tagħhom, filwaqt li l-oħrajn …
Iċ-ċelel huma mimlija priġunieri li kisru l-liġi f’disprament; hemm minorenni li taħdem bħala prostituta, raġel li ma jiflaħx iħallas il-kont tad-dawl u wieħed li seraq bank li jeħtieġlu jħallas għall-operazzjoni tat-tifel tiegħu. Dawn ma ħaqqhomx ikunu hawn, xi ħaġa li Hamza ilu li fehem, iżda fl-istess ħin, huwa konxju tad-dover tiegħu li jżomm il-paċi. Ma jistax ikun hemm ordni f’soċjetà fejn ċerti individwi huma ’l fuq mil-liġi. Għall-ewwel, Hamza jirnexxilu jsib bilanċ bejn l-interessi ta’ sistema korrotta u s-sens tiegħu t’empatija, iżda minkejja dan, xi darba jew oħra huwa għandu għażla x’jagħmel bejn li jinsa d-dover u jsir parti mis-sistema.

Direttur: Nermin Hamzagić

Ċert: 15
Tul: 90 minuta
Lingwa: Bil-Bożnijan b’sottotitoli bl-Ingliż

 

 

Alina Serban Gipsy Queen film 1 1

Gipsy Queen

Dati u Ħinijiet:
Il-Ġimgħa, 17 ta’ Jannar, 2020,8.30pm
Il-Ħadd, 19 ta’ Jannar, 2020, 4pm

Dan ir-raba’ feature film mill-produttur tal-films Ġermaniż u Kurd Huseyin Tabak huwa dramm psikoloġiku mill-iktar kumpless immarkat b’kummentarju soċjo-politiku. L-attriċi ewlenija, Alina Serban, hija estremament b’saħħitha fil-prestazzjoni debuttanti tagħha.

Ali, fl-età ta’ 30 sena, tidher li għandha l-qalb ta’ ljunessa. Hija kburija, ma tgorrx u taqta’ bi snienha għall-ġid taż-żewġ uliedha. Hija tnaddaf ġewwa Ritze, nightclub famuż ġewwa Hamburg. Madanakollu, fil-fond ta’ qalbha hemm ġerħa; wara li sfat omm mhix miżżewġa fir-Rumanija hija ġiet miċħuda minn missierha ‒ li għalih, sa dak iż-żmien, kienet tfisser ir-Reġina Żingara, ir-reġina tar-Roma. Meta darba minnhom Ali tiskopri ring tal-boxing taħt ir-Ritze, u jiġiha ċ-ċans issegwi wkoll ġlieda boxing, din tqanqlilha ħafna memorji tat-taħriġ tal-boxing li kien ikollha ma’ missierha. Abbli kif inhi u mxebbgħa mill-ħajja, Ali lejla minnhom tiżvoga r-rabja kollha tagħha ma’ punching bag. Tanne, ex boxer u s-sid ta’ Ritze jaraha u jagħraf ukoll it-talent tagħha. Minn hawn hija terġa’ tibda titħarreġ u tagħraf l-opportunità li għandha sabiex tibda tgħix ħajja aħjar.

Direttur: Huseyin Tabak

Ċert: Se tiġi kkonfermata
Tul: 120 minuta
Lingwa:Bil-Ġermaniż b’sottotitoli bl-Ingliż

photograph 2

Photograph

Is-Sibt, 18 ta’ Jannar, 2020, 6pm
Il-Ħadd, 19 ta’ Jannar, 2020, 8.30pm

Żewġ ritratti jittieħdu fil-bidu ta’ Photograph, film li jservi ta’ ritorn lejn Mumbaj għal Ritesh Batra, il-kittieb u d-direttur ta’ The LunchBox li films riċenti tiegħu jinkludu dawk ibbażati fuq rumanzi bl-Ingliż, bħal The Sense of an Ending u Our Souls at Night.
Hekk kif jibda Photograph, naraw lil Rafi (Nawazuddin Siddiqui) jieħu r-ritratti quddiem il-monument-arkata ta’ Mumbaj. Huwa jbigħ is-servizzi tiegħu lit-turisti billi jwegħidhom li “Fis-snin li ġejjin, meta għad terġa’ tħares lejn ir-ritratt, għad tħoss ix-xemx fuq wiċċek, ir-riħ f’xagħrek u tisma’ mill-ġdid dawk il-vuċijiet.” Jekk ma jkollhomx ritratt, jgħidilhom, “kollox għad jgħeb”.

Direttur: Ritesh Batra

Ċert: 15
Tul: 110 minuta
Lingwa: Bil-Ħindi u l-Gugarati bis-sottotitoli bl-Ingliż

stitches hi

Stitches (Savovi)

Is-Sibt, 18 ta’ Jannar, 2020, 8.30pm
Il-Ħadd, 19 ta’ Jannar, 2020, 6.30pm

Ispirat minn ġrajjiet veri u ambjentat f’Belgrade tal-lum, STITCHES jirrakkonta l-ġrajja ta’ mara li temmen bis-sħiħ li t-tarbija li għadha kemm twelditilha insterqitilha18-il sena ilu, mentri kienu qalulha li t-tarbija tagħha kienet mietet. B’ossessjoni u perseveranza, hija tiġġieled għall-aħħar darba kontra l-pulizija, kontra l-burokrazija tal-isptar u saħansitra kontra l-familja tagħha, bil-għan li tinkixef il-verità.
Il-film irċieva diversi premji, inklużi 10 rebħiet u 4 nominazzjonijiet. Fosthom hemm ir-rebħ tal-premju Forward Future ġewwa l-Festival Internazzjonali tal-Films ta’ Beijing (2019), in-nominazzjoni għall-premju Panorama Audience, ġewwa l-Festival Internazzjonali tal-Films ġewwa Berlin (2019) u l-Best Debut Film ġewwa l-Festival tal-Films ta’ Cottbus, u oħrajn.

Direttur: Miroslav Terzic

Ċert: 18
Tul: 105 minuta
Lingwa: Bil-lingwa Serba bis-sottotitoli bl-Ingliż