Loading Events
  • This event has passed.

Us

20 April 2019 - 10 May 2019

Dati u Ħinijiet:
Is-Sibt, 20 t’ April, 2019, 6pm
Il-Ħadd, 21 t’ April, 2019, 8.00pm
Il-Ħadd 28 t’ April, 2019, 8.00pm
Is-Sibt, 4 ta’ Mejju, 2019 8.30pm
Il-Ġimgħa, 10 ta’ Mejju, 2019, 7.30pm

Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri għaqda taċ-ċinema)

Wara li permezz tad-debutt tiegħu fil-qasam tad-direzzjoni permezz ta’ Get Out stabbilixxa standard ġdid għal dak li jista’ jitqies bħala l-film gotiku provokattiv b’kuxjenza soċjali, il-viżjonarju Jordan Peele ‒ rebbieħ tal-Academy Award ‒ qiegħed jirritorna b’film ieħor gotiku  oriġinali. Ambjentat fil-preżent mal-kosta ta’ California, f’Us tieħu sehem ir-rebbieħa tal-Oscar Lupita Nyong’o, li tinterpreta l-parti ta’ Adelaide Wilson, mara li tidher qiegħda tirritorna lejn id-dar li trabbiet fiha mar-raġel tagħha Gabe (Winston Duke) u ż-żewġt itfal tagħhom Zora u Jason għal vaganza sajfija mill-iktar idillika.

Ippersegwitata minn trawma inspjegabbli mhix solvuta mill-passat tagħha li tkompli tikkomplika ruħha minħabba f’serje ta’ koinċidenzi mill-iżjed strambi, Adelaide tħoss li l-paranoja tagħha qed tilħaq livelli allarmanti hekk kif hi tibda ssir dejjem iktar ċerta li se tiġri xi ħaġa ħażina lill-familja tagħha.

Wara ġurnata pjuttost intensa l-baħar mal-ħbieb tagħhom, Adelaide u l-familja tagħha jerġgħu lura lejn id-dar li qegħdin joqogħdu fiha, fejn hemmhekk jilmħu stenduti d-dellijiet ta’ 4 figuri. Us iġib kontra xulxin familja Amerikana mill-iżjed ordinarja u għadu mill-iżjed misterjuż u tal-waħx: individwi fula maqsuma magħhom (doppelgängers).

With the participation of
Lupita Nyong'o, Elisabeth Moss, Winston Duke (Atturi)
Creative Team
Jordan Peele (Direttur)

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
116 minuta
Ċert
15
Lingwa
Ingliż
: