Tnedija ta’ Ktieb – Klin u Kapriċċi Oħra

- This event has passed.

Tnedija ta’ Ktieb – Klin u Kapriċċi Oħra
Konverżazzjonijiet bejn Poeżija – Mużika – Kritika
Data u Ħin: L-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2015, 8.00PM
Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)
F’din it-tnedija tal-ktieb Klin u Kapriċċi Oħra (Klabb Kotba Maltin), Adrian Grima se jaqra għażla mill-poeżiji tal-ġabra l-ġdida tiegħu, l-ewwel waħda ppubblikata f’Malta wara Rakkmu (2006).
Il-poeta ser jiġi akkumpanjat mill-grupp Plato’s Dream Machine, li kien diġà stieden lil Adrian Grima biex jieħu sehem fit-tnedija tal-album Għera f’April tal-2014 u li ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-kritika.
Filwaqt li jagħti prominenza lill-kelma, li wara kollox hija l-protagonista tal-poeżija, f’din it-tnedija ser jixħet dawl fuq il-possibilitajiet li toffri l-kelma bħala ħoss, u speċjalment bħala ritmu. Il-qari se jinqeda b’mużika miktuba għal tal-apposta għat-tnedija biex tiġi offruta esperjenza artistika li tmur lil hinn mill-kelma fuq il-karta, u fl-istess waqt jara x’kapaċi toffri l-poeżija lir-rock progressiv tal-Plato’s Dream Machine.
Waqt it-tnedija ser ikun hemm kumment kritiku ta’ Dr Norbert Bugeja, li mhux biss huwa akkademiku li jaħdem fuq il-letteratura iżda huwa wkoll qarrej u kittieb tal-poeżija.
Avviż importanti: Dan l-avveniment ser jiġi ffilmjat.