Loading Events
  • This event has passed.

Mil-Lenti tal-Poplu: Djarju Kwarantina

14 January 2021 - 7 March 2021

Waħda mill-ewwel industriji li kellha impatt f’daqqa u sostanzjali mill-pandemija tal-COVID-19 kienet bla dubju dik tal-arti u s-settur kreattiv. Minħabba l-kriżi globali tas-saħħa, sa nofs Marzu 2020, il-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet kulturali madwar id-dinja ngħalqu b’mod indefinit. Programmi ppjanati ta’ prestazzjonijiet, wirjiet, screenings, avvenimenti u proġetti waqfu mhux previsti u dawn il-proġetti ġew ikkanċellati jew posposti. Il-miżuri drastiċi iżda meħtieġa fis-seħħ affettwaw ħafna artisti u dawk li jħobbu l-arti kemm direttament kif ukoll indirettament. 

Għalkemm f’dak il-perjodu l-bini tal-Kavallier ta’ San Ġakbu ingħalaq, Spazju Kreattiv żamm ir-ritmu u pprovda servizzi alternattivi permezz tal-pjattaformi diġitali. Dan żamm l-attivitajiet b’riżorsi minimi u simultanjament tkompliet il-ħidma ta’ xogħlijiet kreattivi differenti ispirati mill-kriżijiet globali tas-saħħa. 

Bħala parti minn ġurnal kontinwu dwar il-ħajja fiż-żmien tal-pandemija Covid-19, Mil-Lenti tal-Poplu: Djarju Kwarantina, kien proġett effettiv u ta’ sodisfazzjon u kien milqugħ tajjeb mill-pubbliku ġenerali b’aktar minn 140 sottomissjoni. B’kollaborazzjoni mal-programm tat-televiżjoni Illum ma’ Steph, il-proġett kellu l-intenzjoni li jiddokumenta xi ħaġa dwar l-okkorrenzi ta’ kuljum u l-esperjenzi tal-ħajja fil-kwarantina u/jew mad-direttivi ta’ distanza soċjali permezz tal-lenti ta’ dak li jkun. L-aktar sottomissjonijiet espressivi ntgħażlu fejn jinsabu esebiti fi Spazju B u li kienu jiffurmaw parti mid-djarji tal-kwarantina tagħna li jinsabu fuq il-gallerija onlajn fuq il-websajt u l-pjattaformi onlajn ta’ Spazju Kreattiv.

 

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a

Familja

Arti

Il-Madwar