The Quiet Girl

Loading Events
  • This event has passed.

The Quiet Girl

18 Ġunju 2022 @ 6:00 pm - 7:30 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 19 Ġunju 2022 at 8:30 pm

One event on 26 Ġunju 2022 at 7:30 pm

One event on 2 Lulju 2022 at 6:00 pm

One event on 9 Lulju 2022 at 8:30 pm

One event on 12 Lulju 2022 at 7:30 pm

Dati u Ħin
Is-Sibt, 18 ta’ Ġunju, 2022, 6pm
Il-Ħadd, 19 ta’ Ġunju 2022, 8.30pm
Il-Ħadd, 26 ta’ Ġunju 2022, 7.30pm
Is-Sibt, 2 ta’ Lulju, 2022, 6.00pm
Is-Sibt, 9 ta’ Lulju, 2022, 8.30pm
It-Tlieta, 12 ta’ Lulju, 2022, 7.30pm

 

F’dan id-debutt sabiħ u sottovalutat ta’ Colm Bairéad insibu tifla żgħira li qed taċċetta telfa u l-importanza tal-familja fl-Irlanda rurali.

Cait (Catherine Clinch), tifla ta’ disa’ snin, hija ttraskurata minn ommha tqila, missier selvaġġ u aħwa storbjużi. Fl-iskola, tħossha injorata. Imma l-affarijiet jinbidlu meta missierha jeħodha tgħix ma’ qrabat martu għas-sajf. Eibhlín (Carrie Crowley) u Seán (Andrew Bennett) żewġha li hu bidwi, jieħdu lil Cait sabiex itaffu mill-problemi finanzjarji tal-ġenituri tagħha. Għall-ewwel, Cait tħossha ftit intimidata mill-ambjent ġdid li ssib ruħha fih, imma malajr issib il-libertà f’din id-dinja ġdida, kif ukoll l-attenzjoni li desperatament għandha bżonn. Imma anki meta din id-dar ġdida ssir waħda idillika għaliha, Cait tħoss li hemm xi ħaġa li qed taffettwa ħażin lill-ġenituri adottivi ġodda tagħha. Fid-dar jeżisti niket sieket, niket li Eibhlín u Seán qatt ma jiddiskutu imma li l-kurjożità tat-tfal ta’ Cait tibda tikxef.

Dan il-film bil-lingwa Irlandiża hu adattament tan-novella rinomata “Foster” ta’ Claire Keegan. Huwa sottovalutat kemm fl-istil viżwali tiegħu kif ukoll fid-drama li tiżvolġi. L-isfond pastorali tiegħu huwa post aħdar tal-logħob għal Cait, waqt li l-melankolija ta’ Stephen Rennick mhux biss taċċentwa s-sbuħija ta’ din id-dinja, imma wkoll is-sigrieti li jinsabu moħbija fiha. Fil-qalb ta’ dan il-film hemm prestazzjoni meraviljuża minn Clinch. Silenzjożament teħodna fid-dinja ta’ Cait, il-ġesti tagħha jippermettulna nkunu xhieda tal-ħajjiet tal-adulti permezz ta’ għajnejha innoċenti li iżda jifhmu x’qed jiġri.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
€6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 35min
Ċert
12
Lingwa
Bl-Ingliż u l-Irlandiż Gaeliku, b’sottotitoli bl-Ingliż
: