Loading Events

The Nobodies

13 September 2021 - 19 September 2021

Chalk Line Theatre jippreżenta The Nobodies miktub minn Amy Guyler.

Meta sptar lokali jħabbar li se jagħlaq, iqum paniku. Rhea, Assistenta tal-kura tas-saħħa, se jkollha tfittex xogħol band’oħra. Aaron, ġuvni lokali, jinkwieta dwar it-trattament ta’ ommu fit-taqsima tal-kanċer. U Curtis lanqas biss jaf fejn se jmur jorqod! Imma meta t-tlieta li huma jixhdu aċċident orribbli, tippreżenta ruħha opportunità rari. Hekk kif deċiżjoni perikoluża tqanqal sensiela sħiħa ta’ affarijiet tal-ġenn, Rhea, Aaron u Curtis isibu ruħhom f’nofs brigata ta’ attivisti viġilanti li huma stess qed jispiraw. X’irid isir biex issir bidla ta’ veru? X’lest li tissagrifika biex iżżommha?

“Mimli kunfidenza u ambigwitajiet morali” Lyn Gardner ★★★★★

“L-iskript ta’ Amy Guyler huwa ġenjali, miktub b’mod b’saħħtu biex jibbilanċja kummentarju politiku qawwi u teatralità qalbenija” A Younger Theatre ★★★★★

“Xogħol li huwa eċċitanti daqs kemm huwa tal-biża’, b’laqtiet umoristiċi ħelwin: The Nobodies se jkollok tarah żgur.” Upper Circle REBBIEĦ – PREMJU KOMUNI 2020

 

TIM KREATTIV
Cast: David Angland, Lucy Simpson, Joseph Reed
Produced by Chalk Line Theatre
Written by Amy Guyler
Co-directed by Sam Edmunds and Vikesh Godhwani
Designed by Becca White
Sound Design by Mekel Edwards
Lighting Design by Alan Walden

KOLLABORATURI
Arts Council England, COMMON, Pleasance Theatre, Camden People’s Theatre, The New Diorama and The Lion and Unicorn Theatre

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a