Loading Events
  • This event has passed.

The Great Composers: In Search of Mozart

18 September @ 7:30 pm - 9:45 pm

‘In Search of Mozart’ kien prodott flimkien mal-aqwa orkestri u mużiċisti u jiġi rrakkontat fi vjaġġ ta’ 25,000 mil tul ir-rotta li għamel Mozart f’ħajjtu.

‘Klassi għalih’ The Independent

‘Timmisjawx opportunita’ li taraw film impressjonanti’ Time Out New York

‘Mill-Aqwa … bilfors trid tarah’ The Guardian

Miktub u dirett minn Phil Grabsky.  Din hija storja ta’ tfittxija li teħodna fil-qalba ta’ dan il-ġenju mużikali. Mingħajr ma tidħol fil-merti tad-drama dokumentat jew tar-reenactment viżwali, ‘In Search of Mozart’ tfassal il-bażi tagħha fuq il-ħajja tal-kompożitur permezz tal-mużika u tal-korrispondenza estensiva tiegħu. Mill-K1a sal-K626 (Requiem), aktar minn tmenin biċċa xogħol jiġu msemmija skont l-ordni kronolġika tagħhom, u joħorġu diversi paraguni bejn il-mużika u l-esperjenzi ta’ Mozart stess.

Fil-kuntest kollu, hija l-mużika li tieħu r-riedni fiċ-ċentru bil-ħajja ta’ Mozart tiġi kkumplimentata madwarha. B’analiżi rigoruża minn diversi mużikoloġi u esperti bħall-Jonathan Miller, Cliff Eisen, Nicholas Till, Bayan Northcott u Stanley Sadie, li ħalliena, impressjoni ġdida u vivida tal-kompożitur temerġi bilmod il-mod. Tħassar għall-kollox ċerti miti u leġġendi dwar il-ġenju ta’ Mozart, dwar is-saħħa, ir-relazzjonijiet u l-mewt tiegħu, u l-karattru jippreżenta immaġini vera differenti minn Amaeus ta’ Milos Forman. Fid-debutt tiegħu il-film ġie muri f’diversi ċinemas ewlenin u wara sitt xhur għadu wieħed mill-aktar films klassiċi favoriti dwar Mozart.

Event Category:

Ticket Information

Adult
€7
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
€6

Venue Information

Spazju Kreattiv Cinema

St James Cavalier
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
2h 24m
Cert
U
Language
Ingliż