Loading Events
  • This event has passed.

EMA

6 August - 22 August
Event Category:

Ticket Information

Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Venue Information

Ċinema

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
107 minuta
Cert
15
Language
Spanjol b’sottotitli bl-Ingliż

Dati u Ħinijiet:

Il-Ħamis 6 ta’ Awwissu 2020, 7.30pm
Il-Ħadd 9 ta’ Awwissu 2020, 7.30pm
Il-Ħamis 13 ta’ Awwissu 2020, 7.30pm
Il-Ħadd 16 ta’ Awwissu 2020, 7.30pm
Is-Sibt 22 ta’ Awwissu 2020, 7.30pm
Il-Ħadd 30 ta’ Awwissu 2020, 7.30pm

Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (Membri taċ-Ċinema Club)

Id-direttur viżjunarju Pablo Larraín (Jackie, Neruda) jirritorna bl-inkredibbli Ema, kumment eċitanti fuq is-sess, poter u kaos f’iċ-Ċili kontemporanja. Film potenti u inkredibilment punk, dan il-film huwa taħbila ta’ provokazzjoni u anarkija mingħajr restrizzjonijiet, ankrata b’prestazzjoni taħraq mill-attriċi emerġenti Mariana Di Girolamo.

Ema (Di Girolamo) hija żeffiena żgħażugħha f’reggaeton troupe: manjetika mingħajr ma tipprova u perikolużament impulsiva. Iż-żwieġ tossiku tagħha mal-koreagrafu Gastón (Gael García Bernal) huwa fi stat ta’ ħsara li ma tistax tissewwa wara deċiżjoni mgħaġla li tagħti lit-tifel addottat tagħha Polo lura f’idejn l-istat. Mimlija dispjaċir, hi tispiċċa fuq missjoni biex terġa’ tieħu lit-tifel tagħha lura, mingħajr ma jimpurtaha minn min ser ikollha tiġġieled, tisseduċi jew teqred biex tagħmel dak li trid.

Ikkumplimentata bil-mużika elettrifikant u oriġinali ta’ Nicolas Jaar u tracklist tar-reggaeton meħud direttament mit-toroq Valparaíso, dan l-aħħar film ta’ Larraín’s jisfida b’ mod eċitanti u frisk. Dan il-film kien muri fil-kompetizzjoni tal-Venice Film Festival tas-sena li għaddiet.