First European Art Cinema Day – The Bicycle Thief (1948)

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

First European Art Cinema Day – The Bicycle Thief (1948)

9 October 2016 @ 2:00 pm

“Għalfejn nissallab bix-xogħol meta se mmut xorta waħda?”
Maggiorani (bħala Antonio) f’The Bicycle Thief

 

Data u ħin: Il-Ħadd 9 ta’ Ottubru 2016, 2.00PM
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: B’xejn

Wara sentejn qiegħed, Antonio, ħaddiem tal-idejn, fl-aħħar jirnexxielu jsib xogħol li jinvolvi id-distribuzzjoni tar-riklami madwar Ruma. Iżda sabiex jivvjaġġa minn post għall-ieħor, Antonio jkollu juża r-rota li rnexxielu jiddobba mill-monti di pietà billi partat il-bjankeriji tal-familja. Imma fl-ewwel ġurnata tax-xogħol, serqulu r-rota. Flimkien ma’ ibnu tar-rispett, iqaxxru t-toroq ta’ Ruma sabiex forsi jsibu minn hu responsabbli tas-serqa, għalkemm il-ħalliel dejjem qisu jirnexxielu jantiċipa kull mossa tagħhom. It-tfittxija tagħhom toħodhom minn post għall-ieħor – ġewwa sala tal-unjonijiet, tlaqqagħhom ma’ wieħed li jgħid li jaqra l-futur, u ġewwa burdell – u ma’ kull pass tiżdied id-disperazzjoni sakemm fl-aħħar jintebaħ li hu stess ikollu jdur għas-serq biex ikun jista’ jsostni lil familtu.

Dan il-vjaġġ qalb it-toroq u l-ħaddiema ta’ Ruma jikseb identità oħra – dik ta’ metafora għall-preservazzjoni tal-umanità maqbuda f’univers ostili.

‘The Bicycle Thief’ qed jintwera bl-appoġġ tal-Istituto Italiano di Cultura f’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv. 

L-ewwel edizzjoni tal-European Art Cinema Day hija inizzjativa ta’ CICAE, b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv. Dan l-avveniment huwa appoġġjat mis-Sjra Monika Grütters, il-Ministru tal-Istat għall-Kanċillier Federali u l-Kummisarja tal-Gvern Federali għall-Kultura u l-Midja (Ġermanja); is-Sjra Audrey Azoulay, il-Ministru tal-Kultura u l-Kommunikazzjoni (Franza); Wim Wenders, Juliette Binoche u Nanni Moretti.

 

Dettalji

Data:
9 October 2016
Ħin:
2:00 pm - 3:35 pm
Event Categories:
,
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=The+Bicycle+Thief

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 93 min
Cert Kull età
Language Taljan (b’sottotitli bl-Ingliż)
Creative Team Vittoria de Sica (direttur u produzzjoni), Luigi Bartolini (rumanz), Cesare Zavattini, Suso Cecchi d’Amico, Oreste Biancoli, Adolfo Franci, Gerardo Guerrieri (screenplay), Carlo Montuori (ċinematografija), Eraldo da Roma (editjar), Antonio Traverso (direzzjoni artistika), Alessandro Cicognini (mużika)
With the participation of Lamberto Maggiorani, Enzo Staiola, Lianella Carell, Gino Saltamerenda, Vittorio Antonucci, Giulio Chiari, Elena Altieri