Tfejt – Tnedija ta’ album tal-Brodu

- This event has passed.
Tfejt – Tnedija ta’ album tal-Brodu
9 July 2017
€10
“Inpoġġi bilqiegħda ħdejk, ġiex kitarri, ġiex tazzi te.
Tqabbad sigarett, u ndoqqu dan id-dwett, b’kordi mnikktin”
Lirika minn “Iċ-ċimiterju” mill-album “Ħabullabullojb”
Brodu
Solitudni – Telf ta’ Tama – Rassenjazzjoni
Data: Il-Ħadd 9 ta’ Lulju 2017
Ħinijiet:
Xow 1: 5:30PM
Xow 2: 8:30PM
Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Il-grupp mużikali lokali Brodu, grupp li jkanta diski bil-Malti, se jniedi album ġdid. L-album se jkun jismu “Tfejt”, u jittratta prinċipalment it-temi tas-solitudni, it-telf tat-tama u s-sensazzjoni ta’ rassenjazzjoni.
Brodu beħsiebhom idoqqu l-album kollu kemm hu f’żewġ spettakli, fl-ispazju intimu pprovdut mit-teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu. Matul din it-tnedija, il-pjan hu li jinħoloq ambjent informali tad-dar bl-użu ta’ props u dwal. L-ambjent li se jinħoloq huwa ideali għat-twassil tad-diski tassew intimi fl-album.