It-Teatru tal-Miskin

Loading Events

It-Teatru tal-Miskin

1 Ottubru 2022 @ 8:00 pm - 9:40 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 1 Ottubru 2022 at 8:00 pm

One event on 2 Ottubru 2022 at 7:00 pm

Dati u ħin
Il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru 2022, 8pm
Is-Sibt 1 ta’ Ottubru 2022 8pm
Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 2022 7pm

Tal-linja ma tgħaddix minn Ħal Fern, il-villaġġ maqtugħ mill-bqija tad-dinja. Nesieh kulħadd.

Tliet buffi jaslu f’Ħal Fern. Jidhru strambi u differenti minn kull m’hawn f’dal-villaġġ. Ġew biex jagħmlu t-Teatru tal-Miskin – spettaklu għall-imsieken ta’ Ħal Fern li nsew il-passat tagħhom. Bl-eleganza u l-melodiji differenti tagħhom, il-Buffi ġew biex jaqalgħu l-istejjer midfunin ta’ Ħal Fern. Stejjer ta’ kif l-intolleranza tan-nies eliminat kull possibiltà ta’ kurżità fosthom. Stejjer li Ħal Fern irid iħallihom midfuna fis-skiet. Stejjer dwar tfajjel partikolari. Tfajjel li jum fost l-oħrajn libes żarbun bit-takkuna.

It-Teatru tal-Miskin huwa musical oriġinali ta’ Luke Saydon. Hija l-istorja ta’ persuna queer li tikber f’ambjent intolleranti, magħluq u diffiċli jaċċetta dak kollu li hu differenti. Flimkien ma’ programm ta’ attivitajiet fil-komunità, din hija produzzjoni bl-għan li tiċċelebra l-viżibbiltà u l-għożża tal-komunità LGBTQI+ f’pajjiżna.


Atturi
Thomas Camilleri, Chiara Hyzler u Sean Borg
Mużiċisti
Joseph Camilleri, Godfrey Mifsud u Simon Abdilla Joslin
Kittieb, Kompożitur u Direttur Mużikali
Luqa Saydon
Direttur
Denise Mulholland
Direttur tal-Moviment
Ruth Borg
Drammaturgu
Clare Azzopardi
Maniġer tal-Produzzjoni
Emma Micallef
Disinn tas-Sett
Matthew Pandolfino
Kostumi
Louie Noir
Dwal
Moritz Zavan u Dali Agrebi
Ħoss
Sergio Costa
Make up
Krista Paris
Marketing
Sean Borg
Maniġer tal-palk
Lisa Mifsud Bonnici

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€20 (Balcony Seats €15)
Konċessjonijiet
€15
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 40min
Ċert
15+
Lingwa
n/a