Teatr-Ejn

Loading Events
  • This event has passed.

Teatr-Ejn

10 April 2016 @ 8:00 pm - 9:20 pm

Diżabilità – Omofobja – Perċezzjoni Soċjali

Dati u ħinijiet:

Il-Ħamis 7 ta’ April 2016, 8.00PM,
Il-Ġimgħa 8 ta’ April 2016, 8.00PM,
Is-Sibt 9 ta’ April 2016, 8.00PM,-
Il-Ħadd 10 ta’ April 2016, 8.00PM

Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Bħalma jimplika l-isem stess, Teatr-ejn, hija produzzjoni teatrali ta’ żewġ drammi Maltin: ‘It-Tfajjel ta’ Fuq il-Bandla’ u  ‘Inverżjoni’. It-tnejn li huma ġew mogħtija l-ewwel premju fis-Social Theatre Festival, mwaqqaf minn Aġenzija Żgħażagħ u organizzat mill-Malta Drama Centre, fl-edizzjonijiet tal-2012 u 2013, rispettivament.   

‘It-Tfajjel ta’ Fuq il-Bandla,’ miktub minn Andre’ Mangion, huwa dramm li jirrakkonta l-ġrajja ta’ Terry. Minkejja li ’l-ġuvnott huwa awtistiku,  huwa juża l-abbiltajiet tiegħu biex jikkumbatti l-mewġ tal-ħajja. Kemm il-mewġ tal-passat, kif ukoll il-preżent tempestuż.

Min-naħa l-oħra, Stefan Magri, jippreżentalna ‘Inverżjoni’ – dramm dwar ir-relazzjoni bejn is-sesswalità u l-imħabba – kumment soċjali dwar il-perċezzjoni tal-orjentazzjoni sesswali, u l-libertà, jew aħjar in-nuqqas tagħha, li wieħed juri verament min hu.

Nota qasira dwar il-prezz tad-dħul: 

Sa nhar il-Ħadd 7 ta’ Frar 2016, data inkluża, kull biljett se jkun qiegħed jinbiegħ bi prezz ridott ta’ €12.00.
Il-prestazzjoni li se ssir nhar il-Ħamis 7 ta’ April 2016 biss għandha prezz speċjali ta’ €12.00.

Creative Team
Inverżjoni: Tyrone Grima (direttur), Stefan Magri (kittieb) It-Tfajjel ta' Fuq il-Bandla: Josette Ciappara (direttriċi), Andre' Mangion (kittieb)

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
80 min
Cert
16+
Language
Malti