Teatru Malta u Spazju Kreattiv jingħaqdu għal staġun ieħor ta’ TAĦDITA TEATRU, li għandu l-għan li jisma’, jarkivja, jiddokumenta, u jiddibatti temi marbuta mat-teatru kontemporanju f’Malta.
Żviluppata madwar u ffokata fuq il-programmi teatrali ta’ Teatru Malta u Spazju Kreattiv, is-serje se toħloq spazju għall-interazzjoni komunitarja bejn il-kreattivi u l-pubbliku sabiex jiddiskutu, jikkondividu u jaqsmu flimkien.
Kull avveniment f’din is-serje għandu l-għan li joħloq korp ta’ dokumentazzjoni kulturalment sostenibbli li huwa msawwar mill-esperjenzi tal-viżitaturi u l-produtturi, u li jiffoka fuq l-esplorazzjoni u l-analiżi kritika
Hawn taħt issib lista ta’ attivitajiet f’din is-serje, kemm mill-passat kif ukoll mill-preżent.
Il-Ħadd 24 ta’Marzu, 7pm – 8pm Taħdita Teatru wara Ninu fis – 6pm
Ingħaqdu magħna wara l-performance għal diskussjoni dwar il-proċess kreattiv wara Ninu – bħala xogħol teatrali oriġinali għall-adoloxxenti, l-element ta’ gwida involut, u kif ukoll il-proċess segwit sabiex din il-produzzjoni ingħatat il-ħajja minn kull aspett.
Is-Sibt 30 ta’ Marzu, 10:20pm – 11:20pm Taħdita Teatru wara Repubblika Immakulata fit-8pm
Friday 19th April, 11:45am – 12:45am Taħdita Teatru wara Hekk Alla Jgħini fl-10:30am
AVVENIMENTI FIL-PASSAT
Is-Sibt 9 ta’ Frar, 10:20pm – 11:20pm
Taħdita Teatru wara The Acrobat fit-8pm
L-ewwel sessjoni ta’ Taħdita Teatru għal dan l-istaġun ser issegwi l-ewwel performance ta’ The Acrobat, mill-kitba ta’ Adrian Buckle u direzzjoni ta’ Stephen Oliver. Din id-diskussjoni ser tiġi mmoderata minn Pia Zammit u ser tindaga dwar il-proċess kreattiv wara l-adattazzjoni għat-teatru tan-novella romantika-umoristika ta’ Agnes Moon.
De-Terminated Q&A
Spazju Kreattiv u Teatru Malta jistednuk għal inizjattiva oħra mis-serje Taħdita Teatru, din id-darba b’enfasi fuq l-ewwel koproduzzjoni ta’ Spazju Kreattiv għal dan l-istaġun: De-Terminated. Wara l-prestazzjoni tal-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru ingħaqad magħna ġewwa t-Teatru ta’ Spazju Kreattiv għal sezzjoni ta’ Q&A mmexxija minn Ramona Depares (Times of Malta) flimkien mal-kittieb/direttur/ġurnalist Herman Grech.
Boulevard Teatru Malta, f’koproduzzjoni ma’ Teatru Manoel se jkun qiegħed jikkollabora ma’ ŻfinMalta sabiex ifakkar il-25 sena mill-mewt tal-maħbub drammaturgu Malti Francis Ebejer. Boulevard, miktuba fl-1964, tilgħab bl-assurdità bl-għan li tisfida t-tradizzjoni (1973, The Cliffhangers). L-addattament kontemporanju tal-assurdità ta’ Boulevard se jkun esplorat permezz tal-koreografija ta’ Paolo Mangiola taħt id-direzzjoni ta’ Toni Attard f’wirja ta’ żfin teatrali minn żeffiena ta’ ŻfinMalta spalla ma’ spalla ma’ atturi mistiedna fuq l-istess palk li fuqu ddebutta x-xogħol oriġinali.
Il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru 2018, Teatru Manoel 8pm: Boulevard 9:15pm: Taħdita Teatru – L-Istorja ta’ Boulevard (bla ħlas) Panel: Toni Sant (chair), Peter Busuttil, Karmen Azzopardi, Pawlu Xuereb
Is-Sibt 8 ta’ Settembru 2018, Teatru Manoel 8pm: Boulevard 9:15pm: Taħdita Teatru – Kont taf li Francis… (bla ħlas) Panel: Antonella Axisa (chair) Damian Ebejer, Godwin Xerri, Lino Farrugia
Il-Ħadd 9 ta’ Settembru 2018, Sala Maria Ghirlando, Teatru Manoel 7pm: Ħbieb tal-Manoel, diskussjoni qabel il-Produzzjoni, Boulevard Today (bla ħlas) Panel: Vicki Ann Cremona (chair), Toni Attard, Paolo Mangiola 8pm: Boulevard
Q&A Is-Serra Il-Ġimgħa, 27 April 2018, 10PM Teatru, Mount Carmel, Ħ’Attard Prof. Vicki Ann Cremona, Dr Marco Galea, Daniela Calleja Bitar
Q&A Raymond “Fight” Beck It-Tnejn, 12 March 2018, 10:30PM Teatru Spazju Kreattiv Elaine Falzon, Sean Buhagiar, André Mangion
Teatru Malta u Spazju Kreattiv jingħaqdu għal staġun ieħor ta’ TAĦDITA TEATRU, li għandu l-għan li jisma’, jarkivja, jiddokumenta, u jiddibatti temi marbuta mat-teatru kontemporanju f’Malta.
Żviluppata madwar u ffokata fuq il-programmi teatrali ta’ Teatru Malta u Spazju Kreattiv, is-serje se toħloq spazju għall-interazzjoni komunitarja bejn il-kreattivi u l-pubbliku sabiex jiddiskutu, jikkondividu u jaqsmu flimkien.
Kull avveniment f’din is-serje għandu l-għan li joħloq korp ta’ dokumentazzjoni kulturalment sostenibbli li huwa msawwar mill-esperjenzi tal-viżitaturi u l-produtturi, u li jiffoka fuq l-esplorazzjoni u l-analiżi kritika
Hawn taħt issib lista ta’ attivitajiet f’din is-serje, kemm mill-passat kif ukoll mill-preżent.
Il-Ħadd 24 ta’Marzu, 7pm – 8pm
Taħdita Teatru wara Ninu fis – 6pm
Ingħaqdu magħna wara l-performance għal diskussjoni dwar il-proċess kreattiv wara Ninu – bħala xogħol teatrali oriġinali għall-adoloxxenti, l-element ta’ gwida involut, u kif ukoll il-proċess segwit sabiex din il-produzzjoni ingħatat il-ħajja minn kull aspett.
Is-Sibt 30 ta’ Marzu, 10:20pm – 11:20pm
Taħdita Teatru wara Repubblika Immakulata fit-8pm
Friday 19th April, 11:45am – 12:45am
Taħdita Teatru wara Hekk Alla Jgħini fl-10:30am
AVVENIMENTI FIL-PASSAT
Is-Sibt 9 ta’ Frar, 10:20pm – 11:20pm
Taħdita Teatru wara The Acrobat fit-8pm
L-ewwel sessjoni ta’ Taħdita Teatru għal dan l-istaġun ser issegwi l-ewwel performance ta’ The Acrobat, mill-kitba ta’ Adrian Buckle u direzzjoni ta’ Stephen Oliver. Din id-diskussjoni ser tiġi mmoderata minn Pia Zammit u ser tindaga dwar il-proċess kreattiv wara l-adattazzjoni għat-teatru tan-novella romantika-umoristika ta’ Agnes Moon.
De-Terminated Q&A
Spazju Kreattiv u Teatru Malta jistednuk għal inizjattiva oħra mis-serje Taħdita Teatru, din id-darba b’enfasi fuq l-ewwel koproduzzjoni ta’ Spazju Kreattiv għal dan l-istaġun: De-Terminated. Wara l-prestazzjoni tal-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru ingħaqad magħna ġewwa t-Teatru ta’ Spazju Kreattiv għal sezzjoni ta’ Q&A mmexxija minn Ramona Depares (Times of Malta) flimkien mal-kittieb/direttur/ġurnalist Herman Grech.
Data: Il-Ġimgħa, 26 t’Ottubru 2018, 9pm
Post: it-Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: Dħul b’xejn
Boulevard
Teatru Malta, f’koproduzzjoni ma’ Teatru Manoel se jkun qiegħed jikkollabora ma’ ŻfinMalta sabiex ifakkar il-25 sena mill-mewt tal-maħbub drammaturgu Malti Francis Ebejer. Boulevard, miktuba fl-1964, tilgħab bl-assurdità bl-għan li tisfida t-tradizzjoni (1973, The Cliffhangers). L-addattament kontemporanju tal-assurdità ta’ Boulevard se jkun esplorat permezz tal-koreografija ta’ Paolo Mangiola taħt id-direzzjoni ta’ Toni Attard f’wirja ta’ żfin teatrali minn żeffiena ta’ ŻfinMalta spalla ma’ spalla ma’ atturi mistiedna fuq l-istess palk li fuqu ddebutta x-xogħol oriġinali.
See more on the Teatru Manoel website.
Il-Ġimgħa 7 ta’ Settembru 2018, Teatru Manoel
8pm: Boulevard
9:15pm: Taħdita Teatru – L-Istorja ta’ Boulevard (bla ħlas)
Panel: Toni Sant (chair), Peter Busuttil, Karmen Azzopardi, Pawlu Xuereb
Is-Sibt 8 ta’ Settembru 2018, Teatru Manoel
8pm: Boulevard
9:15pm: Taħdita Teatru – Kont taf li Francis… (bla ħlas)
Panel: Antonella Axisa (chair) Damian Ebejer, Godwin Xerri, Lino Farrugia
Il-Ħadd 9 ta’ Settembru 2018, Sala Maria Ghirlando, Teatru Manoel
7pm: Ħbieb tal-Manoel, diskussjoni qabel il-Produzzjoni, Boulevard Today (bla ħlas)
Panel: Vicki Ann Cremona (chair), Toni Attard, Paolo Mangiola
8pm: Boulevard
Q&A Is-Serra
Il-Ġimgħa, 27 April 2018, 10PM
Teatru, Mount Carmel, Ħ’Attard
Prof. Vicki Ann Cremona, Dr Marco Galea, Daniela Calleja Bitar
Q&A Raymond “Fight” Beck
It-Tnejn, 12 March 2018, 10:30PM
Teatru Spazju Kreattiv
Elaine Falzon, Sean Buhagiar, André Mangion
Dettalji
Venue
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Organizzatur
Iktar
Related Events
VideoVortex XII Malta – Call for Contributions
14 Jannar - 15 MarzuWiki Loves Art 2019
25 Jannar - 7 AprilCall for Proposals: Art in Public Spaces 2019-2021
1 Frar - 12 April