Ta’ Fuqha Senduqha

Loading Events

Ta’ Fuqha Senduqha

14 Ottubru 2022 @ 8:00 pm - 23 Ottubru 2022 @ 9:15 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 15 Ottubru 2022 at 8:00 pm

One event on 16 Ottubru 2022 at 7:00 pm

One event on 21 Ottubru 2022 at 8:00 pm

One event on 22 Ottubru 2022 at 8:00 pm

One event on 23 Ottubru 2022 at 7:00 pm

Data u ħin
Il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru, 2022, 8pm
Is-Sibt 15 ta’ Ottubru, 2022, 8pm
Il-Ħadd 16 ta’ Ottubru, 2022, 7pm
Il-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru, 2022, 8pm
Is-Sibt 22 ta’ Ottubru, 2022, 8pm
Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru, 2022, 7pm

Kulma xtaqet Ruth li binha jkollu ħajja aħjar minn tagħha. Sempliċi. Imma mhux faċli. Ruth tirrakkonta dak li għaddiet minnu u kif dan il-garigor dejjaq ta’ faqar li daħlet fih, kultant tħoss li kapaċi titilgħu u kultant iċċedi u tinżel iktar ’l isfel.

Iċ-ċirkostanzi u n-nies ta’ madwarha, kultant jiswew mitqlu deheb u kultant iħalluha ta’ fuqha senduqha. Dan ix-xogħol teatrali għandu l-għan li jfittex u jsib il-qofol tiegħu fil-qagħda tal-faqar f’Malta tal-lum. Ir-rakkont huwa fittizju imma l-istejjer u l-karattri jaf tiltaqa’ magħhom kuljum. Lil hinn mill-istatistika, il-benefiċċji soċjali, il-pagi baxxi u l-inflazzjoni, kultant il-faqar mhuwiex biss kwistjoni ta’ flus. Il-fqir mhuwiex dejjem dak li m’għandux bajda x’jiekol, imma wkoll dak li għandu bajda u ma jafx jaqliha.

Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru (wara l-prestazzjoni), se tkun organizzata Taħdita Teatru mat-tim kreattiv ta’ Ta’ Fuqha Senduqha fejn ser jiddiskutu l-proċess wara dan id-dramm, mill-paġna għal palk.


Tim Kreattiv

Direttur: Toni Attard

Kitba: André Mangion

Atturi:
Michaela Farrugia
Josette Ciappara
Sharon Bezzina
Clint Chircop
Charles Sammut

Kollaboraturi: Udjenza u Arts Council Malta – Programme Support Fund

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€20
Konċessjonijiet
€15
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 15mins
Ċert
16+
Lingwa
Malti