Suspiria

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Suspiria

4 January 2019 @ 8:30 pm - 17 January 2019 @ 10:00 pm

€6 – €7

Dati u Ħin:

Il-Ġimgħa, 4 ta’ Jannar, 2019, 8.30pm
Il-Ħadd, 6 ta’ Jannar, 2019, 8.30pm
It-Tlieta, 8 ta’ Jannar, 2019, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 11 ta’ Jannar, 2019, 8.30pm
Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar, 2019, 7.30pm

Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club)

18+

Luca Guadagnino, innominat għal Oscar, hawnhekk jidderieġi din il-prestazzjoni oriġinali daqskemm disturbanti ta’ Suspiria; il-klassiku tal-biża’ mill-1977 u li wkoll kiseb il-fama ta’ xogħol kult.

Iż-żeffiena Amerikana u żagħżugħa Susie Bannion (Dakota Johnson) tasal ġewwa Berlin ta’ matul is-sebgħinijiet sabiex tittanta xortiha mal-kumpanija taż-żfin ta’ fama mondjali Helena Markos, u saħansitra timpressjona lill-koreografa tant popolari tat-troupe Madame Blanc (Tilda Swinton) bit-talent naturali tagħha. Meta tikseb l-irwol taż-żeffiena ewlenija, Olga, dik li qabel kienet tokkupa dan l-istess irwol, titlef rasha u tispiċċa sabiex takkuża d-diretturi femminili tal-kumpanija li huma sħaħar. Hekk kif il-preparamenti jintensifikaw bi tħejjija għall-prestazzjoni finali tax-xogħol li l-kumpanija hija l-iżjed magħrufa għalih, Susie u Madama Blanc b’mod mill-aktar stramb isiru dejjem iżjed qrib, tant qrib li wieħed seta’ faċilment jissuspetta li r-raġuni li għaliha Susie fittxet li tidħol fil-kumpanija jmur lil hinn minn sempliċiment żfin. Fil-frattemp, psikoterapista (Lutz Ebersdorf) bi kwalitajiet mill-iżjed inkwiżittivi u li tipprova tikxef is-sigrieti oskuri tal-kumpanija tfittex l-għajnuna ta’ żeffiena oħra li tinvestiga l-aspetti l-iktar sigrieti tal-istudjow fejn hemm jistennew skoperti mill-iżjed orribbli.

Suspria huwa magħmul minn kast femmili tabilħaqq b’saħħtu, bil-parteċipazzjoni ta’ Tilda Swinton, rebbieħa tal-Academy Award, Dakota Johnson, Chloë Grace Moretz u Mia Goth, b’mużika li ssaħħrek ta’ Thom Yorke: il-kantant ewlieni tal-grupp Radiohead.

 

Dettalji

Bidu:
4 January 2019 @ 8:30 pm
Tmiem:
17 January 2019 @ 10:00 pm
Prezz:
€6 – €7
Event Category:
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=Suspiria

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 152 mins
Cert 18
Language Ingliż