Such Stuff as Worlds are Made On

Loading Events

Such Stuff as Worlds are Made On

21 Jannar 2022 - 20 Frar 2022

Dan il-proġett li jinsab fl-intersezzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija neolitika iħares lejn il-kożmoloġija u l-ekosistemi għal ispirazzjonijiet, u tweġibiet sabiex jinħolqu narrattivi ta’ eżistenzi post-antropoċentriċi.

Nesploraw prattiċi emarġinati minn għarfien xjentifiku pożittivist, dan il-proġett jirrifletti fuq il-limiti tal-għarfien uman. Meta nħarsu lura matul millenji, il-proġett jimmaġina t-twelid u l-imwiet tal-pjaneti, il-ħolqien tal-kożmos, u d-dinja. B’ħarsa ‘l quddiem, il-proġett jispekula dwar kif qed jiġu esplorati jew maħluqa dinjiet oħra. B’din il-wirja nibdlu l-perspettiva lejn bnedmin mhux privileġġati, mhux umani, bijomi u forom ta’ ħajja marzjani sabiex nirriflettu fuq il-futur qarib tal-kolonizzazzjoni ta’ l-ispazju u biex nesploraw immaġinazzjonijiet ta’ żbarki tal-passat fid-dinja minn dawk li mbuttaw l-immaġinazzjoni tal-bniedem. Dan il-proġett trans-dixxiplinarju jinvolvi b’mod ugwali mal-astronomija, l-ekoloġija, il-fantaxjenza, il-politika, il-karti tat-Tarot u l-ħolm ċar biex jimmaġina futuri li joffru ambjenti realistiċi u sostenibbli li jistgħu jsostnu l-ħajja.

Dan il-proġett huwa appoġġjat mill-Arts Council Malta.

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta,

Additional Information

Duration
n/a
Cert
n/a
Language
n/a