Loading Events
  • This event has passed.

Strangers in a Strange Land (A+F 2020)

14 February - 8 March
Creative Team
Unfinished Art Space

Ticket Information

Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Additional Information

Duration
N/A
Cert
N/A
Language
N/A

Dati: 14 ta’ Frar 2020 – 8 ta’ Marzu 2020
Artisti: Barumbara,  Etienne Farrell u  Charlene Galea, Roxman Gatt, Letta Shtohryn
Kuratriċi: Margerita Pulè

Strangers in a Strange Land hija esebizzjoni multi-dixxiplinari dwar l-istat tal-mara f’dinja narrata u mfassla mill-irġiel.  Artisti viżwali u multi-dixxiplinari jirreaġixxu għall-istatus quo tad-dinja orjentata mal-irġiel,

Strangers in a Strange Land, b’mod awtomatiku, tara d-dinja bħala realta’ maskili; l-ispazji tagħna, l-għodod u n-narrativi huma mfassla li jikkombaċu mal-fiżikalità u imġieba maskili.  Din l-esibizzjoni tistaqsi kif in-normi patrikjarkali – ħafna minnhom jeżistu kullimkien u anqas biss konxji minnhom – jistgħu jiġu sfidati b’mod effettiv.  Kif jista’ l-istatus quo tad-dinja orjentata mar-raġel jiġi definit mill-ġdid b’mod sistematiku, aħħari u b’suċċess?  U kif jistgħu modi ġodda ta’ normalizzazzjoni jirriflettu dinja aktar ibbilanċjata. L-artisti jesploraw kif nistgħu niddisinjaw, nirrakontaw u nerġgħu naraw mill-ġdid dak li jintqal, u dak li hu valorizzat. X’kontribut tista’ tagħti perspettiva aktar femminili u xi tfisser perspettiva femminili f’termini ta’ prospetti fiżiċi, filosofiċi u tas-soċjetà? U teżisti istampa bilaterali ta’ ‘femminili’ u ‘maskili’, jew jekk le, sa fejn huwa kunċett falz?

Il-wirja — prodotta minn Unfinished Art Space — hija ospitata mill-MUŻA, il-Mużew Nazzjonali tal-komunita’ tal-Arti. Hija parti mill-proġett tal-Wikimedia Community Malta’s Art+Feminism 2020 Project b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u hija ssapportjata mill-Fond tal-Arti fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti – Project Support  Grant kif ukoll minn Express Trailers u Soroptimist International Malta.

 

Imagined more than Woman:  Francesca Saraulllo (Barumbara Collective)
L-Erbgħa 12 ta’ Frar, 7pm – 9pm
Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Workshop għan-nisa kollha b’bixra nostalġika għall-konnessjoni b’saħħitha u bżonnjuża bejn dak li huwa uman u dak li (pre)uman.  B’ħidma fuq il-memorja personali u dik universali, il-workshop ipoġġi enfasi speċifika fuq il-qalba intima tal-mara, il-pelvi, u tieħu spirazzjoni mit-teorja tad-danza skont il-filosfu Franċiż Daniel Sibonyas “…moviment bejn żewġt iġsma: ‘ġisem-memorja’ (‘corps-mémoire’) u ‘ġisem-preżenti’ (‘corps actuel’).”

 

Imagined more than Woman: Barumbara Collectibe
Il-Ġimgħa 14 ta’ Frar, 8pm
Is-Sibt 15 ta’ Frar, 8pm
Il-Ħadd 16 ta’ Frar, 5pm
MUŻA, Valletta

Prestazzjoni immersiva li tisfida l-limiti tal-awto-perċezzjoni.  Barumbara Collective ser tieħdok fuq vjaġġ ġewwieni li permezz tiegħu wieħed jifli sew l-konfini li jdawwruna bħala identitajiet, esperiment li jerġa jiddefinixxi l-kontorni tal-ispazju kreattiv permezz ta’ “ħarsa femminili”.  It-titlu, mill-poeżija ta’ Aphra Behn, jalludi għal diversi mistoqsijiet li jissemmew f’dan ix-xogħol marbuta mal-irwoli, l-ideat u l-aspetattivi u l-lingwa tal-ġandru.  X’jimplika, mela, li tkun mara?

 

Artist Conversation: Etienne Farrell, Charlene Galea, Letta Shtohryn + Mirjana Batinić & Emma Fsadni
Il-Ġimgħa 21 ta’ Frar, 7pm
Kamra tal-Kommunita’, MUŻA, Valletta

Etienne Farrel + Charlene Galea.  Enfasi fuq l-awokratiku, id-dominanti, il-makkak, għoli u setgħan.  L-artista Charlene Galea flimkien mal-artist viżiv Etienne Farrell ħadmu biex flimkien jesploraw u joħolqu sitt karattri arroganti u dominanti li, s-sens falz ta’ saħħa u poter tagħhom jiddpendi fuq il-manipulazzjoni u l-intimidazzjoni tal-oħrajn.  Hekk kif  ix-xogħol imiss mal-komiku, dan jimmira li jisfrutta l-vulnerabbilita’ tal-karattri nvoluti, hekk kif is-saħħa ma tiġix minnhom iżda tiddependi biss mir-reazzjonijiet tan-nies li jiltaqgħu magħhom.

 

It-Tour tal-Kuratriċi:  Margerita Pulè
Il-Ħadd 23 ta’ Frar 3pm
Il-Ħadd 8 ta’ Marzu 11:30am
MUŻA, Valletta

Il-kuratriċi ta’ Strangers in a Strange Land’s, Margerita Pulè, tagħti tour tal-esebizzjonijiet li qed jittellgħu fil-MUŻA.

 

My Womxn is a God My God is a Womxn: Roxman Gatt
Il-Ġimgħa 28 ta’ Frar, 8pm
Is-Sibt 29 ta’ Frar, 8pm
Kamra tal-Kommunita’, MUŻA, Valletta

L-intiża ta’ dan ix-xogħol hija li tirreklama lura kliem derogatorju fil-konfront tan-nisa, u sabiex jiġi ċċelebrat il-veru sens tal-moviment u tal-ħoss.  B’kollox, għal din il-prestazzjoni, inkitbu sitt diski.  Il-koreografija hija mqassma b’tali mod li timxi pari passu mad-diski kif ukoll max-xogħolijiet oħra ta’ pittura, vidjows u anke skulturi.  Diversi mossi relatati mal-clubbing bħall-‘windmill’, ‘head banging’, ‘cruising’, ‘moshing’, kif ukoll iż-żifna tas-saħħara mill-film Metropolis (1927), u l-interpretazzjoni tal-kelma ‘Slut’ (prostituta) sar aċċen għalihom fil-ħolqien ta’ din il-biċċa xogħol.

Prestazzjoni – Roxman Gatt
Awdjo – Roxman Gatt
Koreografija – Roxman Gatt, Sim Gray
Moving Image – Roxman Gatt, Sim Gray | Filming – Sunny
Żeffiena – Roxman Gatt, Sim Gray, Chyrsso Cosmas, Eleni Papazoglou, Rosalind Wilson