Storyworks: Il-Pass li jmiss – L-Iscritt u l-mixja tiegħu lejn is-Suq

Loading Events
  • This event has passed.

Storyworks: Il-Pass li jmiss – L-Iscritt u l-mixja tiegħu lejn is-Suq

20 Marzu 2016 @ 9:00 am - 1:00 pm

Film – Narrattivi – Kitba

Data u ħin: Il-Ħadd 20 ta’ Marzu 2016, 9.00AM – 1.00PM
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Il-programm tal-Valletta 2018, Storyworks, jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ skritti għall-films ma’ gruppi żgħar ta’ produtturi tal-films u kittieba għall-film, bl-għajnuna ta’ esperti fil-qasam. L-għan ta’ din l-inizjattiva, primarjament, hi li toffri lill-parteċipanti tagħha lok fejn ikunu jistgħu jtejbu l-ħiliet tagħhom fil-kitba għal film, filwaqt li jkunu jistgħu jirċievu suġġerimenti u indikazzjonijiet esperti. L-għan aħħari ta’ kull proġett huwa li jakkwista biżżejjed fondi għall-produzzjoni.

Bħala parti mill-programm, Mary Kate O Flanagan u Jean Pierre Magro ser joffru sessjoni ta’ taħriġ fuq il-passi li jistgħu jittieħdu sabiex skritt miktub għaċ-ċinema jew televiżjoni jintlaqa’ minn produtturi bl-iskop li jwettquh.  

Din it-taħdita hija miftuħa għall-pubbliku mingħajr ħlas.

Storyworks huwa kollaborazzjoni bejn Valletta 2018, Malta Film Commission, il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura, u Spazju Kreattiv.

Tħul b’xejn

With the participation of
Mary Kate O Flanagan (Kunsulent tal-Film Internazzjonali), Jean Pierre Magro (kittieb u produttur)
Creative Team
Valletta 2018, Malta Film Commission, Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura, Spazju Kreattiv

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
240 min
Cert
Kull età
Language
Ingliż