Spaces in Suspension

Loading Events

Spaces in Suspension

29 Ottubru 2021 - 12 Diċembru 2021

Spaces in Suspension huwa kollaborazzjoni bejn il-fotografi Joe Smith u Therese Debono, żewġ artisti li jaħdmu l-aktar fil-ġeneru dokumentattiv. F’dan il-proġett huma ħadu rwol ta’ arkeoloġisti kontemporanji u b’din id-dokumentazzjoni esploraw b’mod estetiku u viżiv dak li baqa’ minn binja ikonika li ddominat fuq il-villaġġ tar-Rabat għal snin twal, Il-Lukanda Grand Hotel Verdala.

Din il-binja intelqet għal-rieħa meta ingħalqet u qabel ma titwaqqa kompletament, Joe u Therese ġabu l-permessi neċessarji biex jieħdu ritratti espressivi u artistiċi ta’ dak li baqa: traċċi ta’ għamara u oġġetti oħra li jagħtu sens ta’ presenza umana iżda li issa m’għadiex hemm. Irkejjen fejn in-natura reġgħet qed tieħu lura l-spazji tagħha, kmamar li xi darba raw artisti, atturi ta’ fama u turisti ta’ ċertu klassi. Fuq kollox l-arkitettura għera tal-binja nnifisha. Il-kollezzjoni tinkludi wkoll portraits meħudin fis-sit ta’ ex impjegati ta’ din il-lukanda.

Artisti
Joseph P. Smith
Therese Debono

Kuratur
Prof. Vince Briffa


Se jiġu organizzati numru ta’ tours ma’ l-artisti Joseph P. Smith u Therese Debono fejn il-viżitaturi jistgħu jduru l-wirja biex jitgħallmu aktar dwar il-proċess tal-ħsieb tagħha wara din il-wirja. Kull min hu interessat ikollu jibbukkja billi jimla l-formola fid-data preferuta tiegħek:

Is-Sibt 6 ta’ Novembru fil-5:30pm

Il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru fis-7pm


Media partners:


Bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta,

Additional Information

Duration
n/a
Cert
n/a
Language
n/a