SongCraft 2023

Loading Events

SongCraft 2023

14 Lulju 2023

Spazju Kreattiv u Aġenzija Żgħażagħ reġgħu ngħaqdu flimkien għar-raba’ edizzjoni ta’ SongCraft biex jorganizzaw programm professjonali għal kantawturi b’talent bejn is-14 u l-20 sena.

Il-parteċipanti magħżula, li se jingħataw direzzjoni minn kantawturi rinomati, se jirċievu taħriġ individwali li se jwassal għal prestazzjoni ta’ kompozizzjonijiet oriġinali li jkunu ħolqu flimkien mal-mentors waqt dan il-programm ta’ SongCraft.

L-għan ewlieni ta’ SongCraft huwa li joffri spazju għal żgħażagħ kantawturi li diġa bdew jiktbu l-kanzunetti tagħhom, billi joffrilhom opportunita ta’ mentoring biex itejbu l-ħiliet tagħhom fil-mużika u finalment jipreżentaw ix-xogħol tagħhom quddiem udjenza fejn jiġi organizzat kunċert live ġewwa t-teatru ta’ Spazju Kreattiv fl-2023.

SongCraft ma għandu l-ebda forma ta’ kompetizzjoni, għal kuntrarju dan il-progett jgħaqqad il-parteċipanti flimkien.

Bħala parti mill-iżvilupp tagħhom, it-tim tal-komunikazzjoni ta’ Spazju Kreattiv se jiggwida l-parteċipanti żgħażagħ fil-promozzjoni tal-mużika tagħhom u l-iżvilupp tal-karrieri tagħhom skont l-opportunitajiet ta’ udjenzi varji. Min-naħa l-oħra tim ta’ ħaddiema minn Aġenzija Żgħażagħ se jsegwu mill-qrib il-progress u joffru l-gwida tagħhom.

Għaldaqstant SongCraft huwa opportunità għall-kantawaturi żgħażagħ biex isaħħu t-talent tagħhom bi programm li jiggwidahom fl-industrija tal-mużika, ma’ wħud mill-aħjar mużiċisti fl-industrija lokali.

F’dan l-ambitu, nistgħu nħabbru li l-mentors ta’ din l-edizzjoni ta’ SongCraft m’huma ħadd ħlief Alison Galea, Alexandra Alden and Bettina Muchmore!!

 

Ħarsa ħafifa fuq il-professjoni ta’ dawn il-mentors:

Alison Galea – Alison Galea hija mużiċista, kantawtriċi b’aktar minn għoxrin sena ta’ mużika professjonali kif ukoll b’esperjenza ta’ touring. Hija tifforma parti minn 3 bands, Beangrowers, Etnika u The Shh u kkollaborat ma’ bosta artisti f’Malta u barra minn xtutna. Din hija t-tielet parteċipazzjoni tagħha bħala mentor fil-programm Songcraft.

Bettina Muchmore hija magħrufa bħala kantawtriċi, produttriċi tal-mużika, disinjatriċi tal-ħoss, kompożitriċi u artista ewlenija fix-xena tal-mużika lokali. Imma l-iżjed li hija magħrufa hi bħala artista li tifforma parti mill-grupp The New Victorians. Din hija t-tieni parteċipazzjoni tagħha bħala mentor fil-programm Songcraft.

Alexandra Alden hija kantanta, kompożitrici, kitarrista, kittieba tal-kanzunetti u għalliema tal-mużika. Hija nediet tliet albums s’issa u kisbet l-ewwel suċċess lokali tagħha fl-età ta’ 18-il sena b’żewġ kanzunetti li kisbu l-quċċata fuq ir-radju. Wara dan hija studjat għal lawrja fil-mużika Jazz fl-Olanda u ġiet mistiedna biex tkun waħda minn erba’ ġudikanti għal żewġ staġuni tal-Xfactor Malta. Din hija r-raba’ parteċipazzjoni tagħha bħala mentor fil-programm Songcraft.

Kull mentor se jkun assenjat ma’ żewġ kantawturi żgħażagħ biex flimkien joħolqu programm b’taħlita ta’ melodiji u prestazzjonijiet mill-isbaħ.

Is-sejħa għal kantawturi hija magħluqa.

Nawguraw lill-parteċipanti kull suċċess li tista’ toffri id-dinja tal-mużika.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a