Loading Events
  • This event has passed.

Songcraft 2020

22 May - 18 September

Minn tħarbixa għal fuq il-palk!

Jitnieda t-tieni edizzjoni ta’ Songcraft li jikkonsisti fi programm ta’ taħriġ għal kantawturi żgħażagħ. Aġenżija Żgħażagħ u Spazju Kreattiv ingħaqqdu flimkien sabiex jipprovdu programm għal sitt kantawturi żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-20 sena.

Minħabba iċ-ċirkustanzi tal-Covid-19, il-programm ġie addattat sabiex is-sessjonijiet kollha isiru online permezz ta’ faċilitajiet ta’ ‘video-conferencing’.

Alex Alden (kwantawtriċi), Matthew James (kantawtur) u Alison Galea (Etnika, Beangrowers, The Shh) se jħarrġu lis-sitt parteċipanti biex ix-xogħol tagħhom fil-qasam tal-mużika jitjieb għal livell iktar professjonali fejn imbgħad se jkunu qed jagħtu prestazzjoni tal-kanzunetti tagħhom quddiem udjenza fi spettaklu li se jkunu organizzat apposta fi Spazju Kreattiv f’Settembru 2020.

Il-membri tat-tim tal-komunikazzjonijiet ta’ Spazju Kreattiv se jkunu qed jiggwidaw lil dawn il-parteċipanti żgħażagħ fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-mużika u t-tnedija tal-karrieri tagħhom, waqt li l-Youth Workers tal-Aġenzija Żgħażagħ se jsegwu l-progress tagħhom mill-qrib.

Nirringrazzjaw lill-mentors tagħna talli qed jaqsmu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom ma’ dawn iż-żgħażagħ.

With the participation of
Alex Alden (kwantawtriċi), Matthew James (kantawtur) u Alison Galea (Etnika, Beangrowers, The Shh)
Event Categories:

Ticket Information

Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Venue Information

Spazju Kreattiv

St James Cavalier, Castille Place
Valletta, VLT 1060 Malta

Additional Information

Duration
N/A
Cert
N/A
Language
N/A