Something in the AiR – Sejħa għaż-żgħażagħ!

Loading Events
  • This event has passed.

Something in the AiR – Sejħa għaż-żgħażagħ!

3 January 2018 - 2 March 2018

Żfin – Moviment – Għawdex

Sejħa tagħlaq: Il-Ġimgħa 2 Marzu 2018
Prezz: B’xejn

Dati tal-proġett: Mit-Tlieta 1 sas-Sibt 12 ta’ Mejju 2018
Post: Għawdex

Spazju Kreattiv jistieden żgħażagħ ta’ bejn it-13 u s-17- il sena biex jipparteċipaw fi proġett taż-żfin u tal-moviment mill-artista Gdalit Neuman bejn l-1 u t-12 ta’ Mejju 2018 f’Għawdex. 

Ingħaqdu magħna f’dan il-vjaġġ affaxxinanti. Bl-użu ta’ tekniki tal-moviment, se nesploraw kwistjonijiet li huma importanti għalik! X’inhu dak li jagħmlek persuna Għawdxija unika? Kif tara lilek innifsek bħala ċittadin/a t’Għawdex, ta’ Malta, tal-Ewropa, tad-dinja? X’inhuma l-aspirazzjonijiet tiegħek għall-futur? Il-ġenerazzjoni tiegħek kif inhi unika u differenti minn dik tal-ġenituri u n-nanniet tiegħek? Liema tradizzjonijiet huma għal qalbek u liema minnhom m’għadhomx rilevanti għalik? Nixtiequ nisimgħu mingħandek, u niżfnu miegħek – L-ebda esperjenza taż-żfin meħtieġa!

Biex tapplika, jekk jogħġbok ibgħat email fuq spazju@kreattivita.org sa nofsinhar ta’ nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2018 bid-dettalji li ġejjin:

  • – Isem u Kunjom tal-parteċipant
  • – Età
  • – Indirizz
  • – Indirizz tal-email
  • – Numru tat-telefon
  • – Disponibbiltà bejn l-1 u t-12 ta’ Mejju 2018 (inklużi tmiem il-ġimgħa) f’Għawdex
  • – Raġuni għalfejn tixtieq tipparteċipa (100 kelma)

(Applikanti għandhom jinkludu Isem u Kunjom, email u numru tat-telefon ta’ ġenitur/gwardjan wieħed)

Gdalit Neuman hija żeffiena, koreografa u edukatriċi Kanadiża-Iżraeljana. Żifnet mar-Rina Schenfeld Dance Theatre u ma’ The Israeli Opera, u għamlet koreografija indipendenti kemm fl-Iżrael kif ukol fil-Kanada, u kienet fil-fakultà tal-Iskola Nazzjonali tal-Ballet tal-Kanada u fid-Dipartiment taż-Żfin tal-Università ta’ York.

Creative Team
Gdalit Neuman

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Lil hinn

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
Kull età
Lingwa
n/a