Some of Kieślowski’s colours

Loading Events

Some of Kieślowski’s colours

24 June 2021 @ 7:30 pm - 9:00 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 25 June 2021 at 7:30 pm

One event on 26 June 2021 at 8:30 pm

One event on 27 June 2021 at 8:30 pm

Fl-okkażjoni tat-80 sena ta’ Krzysztof Kieślowski (27 ta’ Ġunju 1941) u l-25 anniversarju mill-mewt tiegħu (13 ta’ Marzu, 1996), l-Ambaxxata tar-Repubblika tal-Polonja f’Malta tistieden lil dawk kollha li jħobbu ċ-ċinema għal retrospettiva tax-xogħol ta’ Krzysztof Kieślowski bħala kittieb u direttur ta’ films u dokumentarji.

Se nfakkru l-aktar films famużi u ppremjati tiegħu kif ukoll uħud mid-dokumentarji tiegħu li kollha jikkonfermaw li Krzysztof Kieślowski waqt li jirrakkonta stejjer pjuttost sempliċi li huma mlaqqgħin ma’ mistoqsijiet fundamentali u universali rigward sentimenti kumplessi tal-bniedem. Hu stess darba qal: “Kulħadd irid ibiddel id-dinja kull meta jagħmel l-isforz biex jagħmel xi ħaġa. Ma naħsibx li qatt emmint li d-dinja tista’ tinbidel fis-sens litterali tal-frażi. Ħsibt li d-dinja tista’ tiġi deskritta”.

Inħeġġukom biex taraw kif ipprova jiddeskrivi d-dinja u jara ftit mill-kuluri tagħha…


THE DOUBLE LIFE OF VERONIQUE

Tul – 98 minuta
Data u ħin – Il-Ħamis, 24 ta’ Ġunju 2021, 7.30 pm
Lingwa – Franċiż u Pollakk b’sottotitoli bl-Ingliż
Ċert: 15

Wieħed mill-aktar films milqugħin mill-awtur Pollakk Krzysztof Kieślowski għandu prestazzjoni mill-isbaħ ta’ Irène Jacob fir-rwoli doppji ta’ Veronique u Weronika.

Veronique u Weronika jgħixu ħajja totalment separata fi Franza u fil-Polonja. Ma jiġux minn xulxin u huma u l-familji tagħhom qatt ma ltaqgħu, iżda huma fiżikament identiċi għal xulxin, u b’mod stramb konxji bil-preżenza ta’ xulxin.

Minkejja l-isfondi differenti tagħhom, it-tnejn jaqsmu l-istess mħabba u dgħjufijiet. It-tnejn li huma għandhom vuċi sublimi u talent mużikali straordinarju. Imma, sfortunatament, huma jsofru wkoll mill-istess malformazzjoni tal-qalb li bilkemm tista’ tiġi skoperta. Huma wkoll jaqsmu l-istess għerf, u jispiraw lill-uħud biex b’mod inkonxjament jevitaw li jagħmlu l-istess żbalji f’ħajjitom bħal ħaddieħor.

Wieħed mill-aktar films milqugħin mill-awtur Pollakk Krzysztof Kieslowski, Il-Ħajja Doppja ta’ Veronique huwa film li ma jagħmel l-ebda referenza għal dogma jew spjegazzjonijiet reliġjużi. Hemm wirjiet mill-isbaħ mill-kast kollu, iżda Irène Jacob tagħti prestazzjoni luminuża fl-interpretazzjoni tagħha ta’ Veronique u Weronika li hija kemm maġika kif ukoll inkwetanti. Miktub mill-kollaboratur regolari ta’ Kieslowski, Krzysztof Piesiewicz, u miġbud miċ-ċinematografu Slawomir Idziak, il-film fih ukoll mużika indimentikabbli mill-inkomparabbli Zbigniew Preisner.


THE THREE COLOURS TRILOGY

It-triloġija multi-rebbieħa ta’ Krzysztof Kieslowski hija monumentali fiċ-ċinema dinjija. Tliet Kuluri: Blu, Abjad u Aħmar ġew milqugħin bħala kapolavuri minn kritiċi u udjenzi madwar id-dinja. Il-films, miktuba flimkien minn Kieslowski u Krzysztof Piesiewicz, li magħhom kiteb iċ-ċiklu epiku Dekalog, jesploraw l-ideali tar-Rivoluzzjonarji Franċiżi li huma il-libertà, l-ugwaljanza u l-fratellanza u r-rilevanza tagħhom għad-dinja kontemporanja.

Blu jeżamina l-ħelsien permezz ta’ mara (Juliette Binoche) li titlef lil żewġha u lil bintha f’inċident tal-karozza, u tipprova tibda ħajjitha mill-ġdid.

Abjad hija kummiedja ironika dwar raġel Pollakk imħawwad (Zbigniew Zamachowski) li jieħu triq stramba ta’ vendetta kontra l-eks mara tiegħu (Julie Delpy).

U Aħmar, li jitratta storja fuq mudella Żvizzera (Irène Jacob) li toħloq ħbiberija ma’ imħallef irtirat (Jean-Louis Trintignant) li jħobb jissemma fuq il-ġirien tiegħu.

It-triloġija hija stampa ċara tal-ħajja Ewropea fi żmien ta’ rikostruzzjoni wara l-Gwerra Bierda, riflessa permezz tal-fehma moralista ta’ Kieslowski tan-natura umana u mdawwla bil-kulur tal-palat ta’ kull titlu.


THREE COLOURS: BLUE

Il-film It-Tliet Kuluri: Blu ta’ Krzysztof Kieślowski, protagonizzat minn Juliette Binoche, kien suċċess immedjat, meta rebaħ l-aqwa premji fil-Festival tal-Films ta’ Venezja tal-1993 u rċieva tifħir unanimu mill-kritiċi u l-udjenzi madwar id-dinja.

Julie (Juliette Binoche) titlef lir-raġel kompożitur tagħha u lit-tifel tagħhom f’ħabta tal-karozza u, għalkemm iddevasta, hi tipprova tibda mill-ġdid, ‘il bogħod mid-dar tal-pajjiż u l-maħbub potenzjali tagħha. Iżda l-mużika ddur madwarha u twassalha biex tikxef xi fatti spjaċevoli dwar il-ħajja ta’ żewġha.

Bil-mod Julie titgħallem tgħix mill-ġdid, hekk kif il-mużika u r-rigal tal-kreattività juru li huma forza ta’ fejqan.


THREE COLOURS: WHITE

Tul – 87 minuta
Data u ħin – Is-Sibt, 26 ta’ Ġunju 2021, 8.30 pm
Lingwa – Pollakk u Franċiż b’sottotitli bl-Ingliż
Ċert: 15

TLETT KULURI: ABJAD huwa film li jitratta kummiedja sewda ironika, u huwa t-tieni film fit- triloġija ta’ Krzysztof Kieslowski bbażat fuq it-tliet ideali tar-Rivoluzzjoni Franċiża.

Karol, parrukkier Pollakk, huwa ddivorzjat mill-mara sabiħa Franċiża tiegħu Dominique u mitfugħ fit-toroq ta’ Pariġi, bla flus u mingħajr passaport. Kollox jidher mitluf sakemm jiltaqa’ ma’ sieħeb Pollakk li b’mod inġenjuż idaħħal b’kutrabandu lil Karol lura lejn Varsavja f’bagalja.

Ladarba hemm, Karol huwa determinat li jpattiha lill-eks mara tiegħu. Huwa jinnegozja b’suċċess fis-suq iswed sakemm ikollu biżżejjed flus biex iħaddem il-pjan tiegħu, iżda ma qagħadx fuq l-imħabba li tfixkel l-eżekuzzjoni perfetta tagħha.

Preċedut minn TALKING HEADS (dokumentarju qasir)

 


THREE COLOURS: RED

Tul – 99 minuta
Data u ħin – Il-Ħadd, 27 ta ‘Ġunju 2021, 8.30 pm
Lingwa – Franċiż b’sottotitli bl-Ingliż
Ċert: 15

It-tielet u l-aħħar parti tat-triloġija sublimi ta’ Krzysztof Kieslowski bis-sehem tal-istilla Irène Jacob b’interpretazzjoni konvinċenti għall-aħħar.

It-tielet parti tat-triloġija ta’ Krzysztof Kieslowski ġiet milqugħha bħala kapulavur.

TLIET KULURI: AĦMAR jilgħab fuq l-interpretazzjoni ta’ Kieslowski tal-fratellanza u d-destin.

Irène Jacob bħala mudella żagħżugħa tiltaqa’ ma’ mħallef irtirat b’kumbinazzjoni meta hi ssalva l-kelb tiegħu minn inċident bil-karozza. Jean-Louis Trintignant huwa konvinċenti għal kollox bħala l-imħallef imdejjaq li jqatta’ l-ġranet tiegħu jissemma il-konversazzjonijiet bit-telefon tal-ġirien tiegħu.

Ir-relazzjoni inizjalment tissawwar f’ħbiberija mill-qrib li fl-aħħar mill-aħħar teħles lit-tnejn. L-aħħar xejra tad-destin tikxef id-destin tal-karattri mit-tliet partijiet kollha tat-triloġija.

Preċedut minn Seven Women of Different Ages (dokumentarju qasir)

Polish Embassy in Valletta logo

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
€6
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a
: