Loading Events
  • This event has passed.

So Long, My Son

14 December 2019 - 7 January 2020
Event Category:

Ticket Information

Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Venue Information

Ċinema

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
185 minuta
Cert
15
Language
Biċ-Ċiniż bis-sottotitli bl-Ingliż

Data u Ħin:
Is-Sibt, 14 ta’ Diċembru, 2019, 4.30pm
Il-Ġimgħa, 20 ta’ Diċembru 2019, 7.30pm
Il-Ħadd, 22 ta’ Diċembru 2019, 6.30pm
Il-Ġimgħa, 27 ta’ Diċembru 2019, 7.30pm
Il-Ħamis, 2 ta’ Jannar 2020, 8.30pm
It-Tlieta, 7 ta’ Jannar 2020, 7.30pm

Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club)

So Long, My Son isegwi l-ħajja ta’ żewġ familji tul tletin sena ta’ taqlib soċjali, politiku, u uman fiċ-Ċina.  Wara t-telfa ta’ wieħed mit-tfal f’inċident traġiku intilef il-kuntatt bejniethom.  Id-destin daħqilhom u tkerħilhom, u l-ħajja kienet tiġi magħġuna mill-impatt tal-bidla li kien għaddej minnha l-pajjiż.

Minkejja li tilfu l-kuntatt minn xulxin, it-tfittxija għall-verità u x-xewqa li jagħlqu l-ferita tat-traġedja kienet għadha hemm.  Imma xi kultant hemm bżonn tul ta’ żmien mhux ħażin biex tingħata tislima.

Dan id-drama ta’ Wang Xiaoshuai jiddokumenta in-nies u s-soċjetà fi trasformazzjoni sħiħa fejn ir-relazzjonijiet umani u l-evoluzzjoni mqabda tal-pajjiż huma inevitabbilment imwaħħdin.