Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Sinderella: The Adult Panto

14 June 2019 - 30 June 2019

Dati u Ħin
Il-Ġimgħa – il-Ħadd, 14, 15, 16 ta’ Ġunju, 2019, 8pm
Il-Ġimgħa – il-Ħadd, 21, 22, 23 June 2019, 8pm
Il-Ġimgħa – il-Ħadd, 28, 29, 30 June 2019, 8pm

Post: Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €10 / €14 / €20

Cinderella, ħrafa ħelwa dwar saħħara qalbha tajba, il-prinċep sbejjaħ u kif il-ħolma ta’ tfajla fqira issir realtà…  mhux hekk?

Mhux din id-darba!

Sinderella, il-pantomima għall-kbar, fejn kollox jiġri bil-maqlub!  Flok divertiment għall-familja, din hija pantomima għal udjenza matura, flok fil-Milied fis-sajf, u taqbad ma kollox u kull min qiegħed fl-aħbarijiet bħalissa.

Sinderella (parti mahduma minn Naomi Knight) tagħna m’għadiex dik it-tfajla kwieta.  Saret fuq tagħha u ġellieda biex teħodha mal-ikbar ‘kattiv’ li qatt rajtu fuq palk Malti (Joseph Zammit).  Għodd magħhom id-Dama (Malcolm Galea) moħħha dejjem biex issib raġel, u għandek l-ingredjenti kollha għal serata ta’ daħq u divertiment anarkiku.

Jieħdu sehem ukoll Kim Dalli bħala il-Prinċep, James Ryder bħala Robot, Rambert Attard bħala ir-Re, u Undine Laverve bħala s-saħħara t-tajba.  U Steve Hili bħala l-inimitabbli Steve Hili.

Kitba u direzzjoni ta’ Steve Hili – li għadu jasal frisk minn tour tal-Ingilterra bix-xow suċċess tiegħu ‘Never Mind the Backstop’.

Ġenn u divertiment garantit!

Dettalji

Bidu:
14 June 2019
Tmiem:
30 June 2019
Event Category:
https://www.showshappening.com/IdeasAlive/Sinderella--The-Adult-Panto

Venue

Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Organizer

Ants in Pants

Other

Duration 120 mins
Cert 18
Language Ingliż
Keywords Kummiedja, Satira, Divertiment
Creative Team Steve Hili; Michael Fenech