Sheepsbodies

Sheepsbodies
Din l-esibizzjoni multidixxiplinari għandha l-mira li tisfida n-normi soċjali li sar qbil impliċitu dwarhom, u se tipprova tisfida lil dawk li jżuru l-esibizzjoni jwettqu tiftix personali għall-awtentiċità u ħarsa aktar ċara lejn is-sens tal-Jien.
Taħt is-superviżjoni ta’ Katarina Lennmarker fejn tidħol il-kura u l-ġestjoni tal-proġett, l-artist viżiv Matthew F. Cassar, l-awtriċi Lara Calleja u l-mużiċist Michael Azzopardi se jkunu qed jikkollaboraw flimkien biex joħolqu ambjenti li jħalltu u jaqsmu t-tliet dixxiplini tagħhom biex jesploraw temi u jagħtu kontribut fil-koproduzzjoni tal-esibizzjoni.
L-awtriċi u l-artist viżiv se joħolqu flimkien xogħlijiet tal-arti bbażati fuq il-letteratura u n-narrattiva, u l-mużiċist se jiżviluppa soundscape li se jkabbar l-esperjenza sensorjali tal-esibizzjoni u l-essenza komunikattiva tal-kollaborazzjoni.
Creative Team:
Matthew Cassar – Visual Artist, Lara Calleja – Writer, Michael Azzopardi – Musician, Katarina Lennmarker – Curator