SACES – Architecture Student EXPO 2022

Loading Events

SACES – Architecture Student EXPO 2022

23 Settembru 2022 - 30 Ottubru 2022

L-EXPO tal-Arkitettura tal-Istudenti hija ċelebrazzjoni ta’ dak kollu li l-Fakultà għall-Ambjent Mibni tagħmel fl-Università ta’ Malta.

Din hija opportunità biex tiġi kkomunikata l-kreattività tal-istudenti lis-soċjetà permezz ta’ disinni, skizzi, grafika diġitali u mudelli arkitettoniċi. L-istudenti se juru l-interpretazzjoni futura tagħhom ta’ kif l-ispazji u l-istrutturi jistgħu jkunu u x’ambizzjonijiet hemm għad-dinja li ngħixu fiha.
Matul din l-esibizzjoni ta’ ħames ġimgħat, l-istudenti se jkunu qed juru xogħlijiet mill-kantunieri kollha tal-fakultà, mid-Diploma fid-Disinn, sal-Masters u d-Dottorat, fejn il-viżjoni tagħhom għal dan l-avveniment tmur lil hinn minn espożizzjoni sempliċi ta’ xogħlijiet tal-istudenti. Il-mira tagħhom hija li joħolqu relazzjoni bejn il-komunità tal-istudenti tal-arkitettura u l-pubbliku, li tippermetti li x-xogħlijiet u r-riċerka tal-istudenti jiġu trasformati f’riżorsa għall-gżira tagħna.


The SACES 2021/22 Committee:

President | David Debattista
Vice President | Katia Gatt
Treasurer Daniel Agius
Secretary General Carla Cardona
Social Policy Officer | Abigail Debono
Public Relations Officers | Alexia Ellul & Len Abela Vassallo
Events Co-ordinators | Jake Sant & Matthew Micallef

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a