Sabaya

Loading Events
  • This event has passed.

Sabaya

23 Settembru 2021 @ 7:30 pm - 9:00 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 23 Settembru 2021 at 7:30 pm

One event on 28 Settembru 2021 at 7:30 pm

One event on 2 Ottubru 2021 at 9:00 pm

One event on 8 Ottubru 2021 at 6:30 pm

Dati u Ħinijiet
Il-Ħadd, 12 ta’ Settembru, 2021 – 9.00pm
Il-Ħamis, 23 ta’ Settembru, 2021 – 7.30pm
It-Tlieta, 28 ta’ Settembru, 2021 – 7.30pm
Is-Sibt, 2 ta’ Ottubru, 2021 – 9.00pm
Il-Ġimgħa, 8 ta’ Ottubru, 2021 – 6.30pm

Bil–mowbajl u pistola biss f’idejh, Mahmud, Ziyad u l-grupp tagħhom jirriskjaw ħajjithom jippruvaw isalvaw kemm jist  ‘jkun nisa u tfal Yazidi miżmuma bħala Sabaya (skjavi sesswali) fl-iktar kamp perikoluż fil-Lvant Nofsani, Al-Hol fis-Sirja. Sadanittant id-dar, il-mara ta’ Mahmud Siham u ommu Zahra jgħinu lit-tfajliet trawmatizzati b’kura ta’ mħabba u jitfgħu l-ilbies iswed f’ideoloġija li ma tittollera xejn ħlief lilha nnifisha.

Mgħassa mill-forzi Kurdi, 73,000 partitarji tad-Daesh (ISIS) huma maqfula fil-Kamp Al-Hol fil-Grigal tas-Sirja. Meqjus bħala l-iktar kamp perikoluż fil-Lvant Nofsani, huwa jinsab f’nofs realtà politika u militari volatili fejn Daesh għadu omnipreżenti. Ħames snin ilu, Daesh qatel eluf ta’ Yazidis fil-provinċja ta’ Sinjar fl-Iraq u ħataf eluf ta’ nisa u bniet Yazidi biex jinżammu u jinbiegħu bħala skjavi sesswali – imsejħa Sabaya.

F’dan il-film ta’ osservazzjoni, dirett, miġbud u editjat mid-direttur akklamat Svediż / Kurdu Hogir Hirori, nesperjenzaw mill-ewwel il-kuntrast qawwi bejn is-sitwazzjoni ta’ tensjoni fil-kamp u l-kumdità tal-ħajja ta’ kuljum fid-dar. Taħt il-kura ta’ mħabba tal-mara ta’ Mahmud, Siham, u ommu, Zahra, jista’ jieħu ħafna żmien biex in-nisa żgħażagħ ifiequ, imma forsi xi darba t-tfajliet trawmatizzati jkunu wkoll b’saħħithom biżżejjed biex isiru infiltraturi kuraġġużi huma stess, biex issalvaw aktar lil Yazidi Sabaya mid-dwiefer ta’ ideoloġija li ma tittollera xejn ħlief lilha nnifisha.

Rebbieħ – World Documentary Directing Award – Sundance 2021

Ticket Information

Adult
€7
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
€6
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Additional Information

Duration
1 hour 30 mins
Cert
15
Language
n/a
: