Roald Dahl’s Matilda the Musical

Loading Events
  • This event has passed.

Roald Dahl’s Matilda the Musical

8 Diċembru 2022 @ 4:00 pm - 6:00 pm
|Recurring Event (See all)

One event on 10 Diċembru 2022 at 4:00 pm

One event on 17 Diċembru 2022 at 5:30 pm

One event on 24 Diċembru 2022 at 3:00 pm

Dati u ħin
Il-Ħamis, 8 ta’ Diċembru, 2022, 4pm
Is-Sibt, 10 ta’ Diċembru, 2022, 4pm
Is-Sibt, 17 ta’ Diċembru, 2022, 5.30pm
Is-Sibt, 24 ta’ Diċembru, 2022, 3pm

Matilda Wormwood (Alisha Weird) hija tifla żgħira verament kurjuża, fuq tagħha u li għandha immaġinazzjoni vivaċi — u l-agħar ġenituri fid-dinja. Filwaqt li ommha u missierha (Stephen Graham u Andrea Riseborough) jikkuntentaw ruħhom b’programmi televiżivi tal-agħar kwalità u skemi diżonesti biex jagħmlu l-flus, hi tħobb tintilef fil-paġni tal-kotba għeżież tagħha. Jekk huma storbjużi, egosti u kattivi, hi osservatriċi silenzjuża, dejjem moħħha f’atti ta’ ribelljoni u ta’ vendetta żgħar u tosti.

Meta tiltaqa’ mal-għalliema li se tkun ta’ ispirazzjoni għaliha, is-Sa Honey (Lashana Lynch), Matilda tiġi mħeġġa toħloq ir-rakkonti fantastiċi tagħha stess. Kienet ħerqana biex tattendi Crunchem Hall, iżda kienet sorpriża meta skopriet li l-iskola hi post oskur u oppressiv immexxi mis-Sa Trunchbull (Emma Thompson), persuna ġiganteska u vili.

Flimkien mas-Sa Honey, ix-xaqq ta’ dawl fost il-krudeltà  hija l-librara li tant tħobb l-istejjer, is-Sa Phelps (Sindhu Vee), u l-ħbieb tal-iskola l-ġodda ta’ Matilda. Mimlija b’sens enormi ta’ ġustizzja, Matilda għandha l-kuraġġ li tiddefendi dak li hu ġust u tgħallem lil Trunchbull tagħlima li mhix se tinsa.

Matilda the Musical ta’ Roald Dahl hu rakkont mużikali ta’ ispirazzjoni dwar tifla straordinarja li tiskopri s-superpoteri tagħha u tuża l-kuraġġ notevoli tagħha, minkejja kull ostaklu, biex tgħin lil ħaddiehor ibiddel l-istorja tiegħu, hekk kif tieħu wkoll kontroll tad-destin tagħha stess. Hi u tiddefendi dak li hu tajjeb, u b’hekk tiltaqa’ ma’ riżultati mirakulużi.

Dirett mid-direttur Matthew Warchus li rebaħ Tony Award (Matilda The Musical), il-film  ġie prodott minn Eric Fellner u minn Tim Bevan għal Working Title, Jon Finn (Billy Elliot), u Luke Kelly ta’ The Roald Dahl Story Company. Il-kittieb Dennis Kelly jadatta l-produzzjoni tar-Royal Shakespeare Company għaċ-ċinema, b’mużika oriġinali u kliem ta’ Tim Minchin.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€8
Konċessjonijiet
€7
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1hr 57min
Ċert
PG
Lingwa
Ingliż
: