Remembering the Future: Digital Arts in Malta 1989-2019

Home / Remembering the Future: Digital Arts in Malta 1989-2019
Loading Events
  • This event has passed.

Remembering the Future: Digital Arts in Malta 1989-2019

8 September 2018 - 30 September 2018
With the participation of
Letta Shtohryn, Matyou Galea, Matthew Attard, Adnan Hadzi, Matthew Schembri, Sara Pace.
Creative Team
Vince Briffa u Toni Sant (kuraturi)
Event Categories:

Ticket Information

Bla Ħlas
Adult
N/A
Seniors & Students
N/A
Children
N/A
Cinema Club Members
N/A

Venue Information

Spazji

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta

Additional Information

Duration
N/A
Cert
N/A
Language
N/A

Data u Ħinijiet: 8 Settembru 2018 – 30 Settembru 2018
Post: 
Spazji C1 & C2, Spazju Kreattiv
Prezz: Bla ħlas

Din l-esibizzjoni kkurata mill-Professur Vince Briffa (il-Kap tad-Dipartiment tal-Arti Diġitali fl-Università ta’ Malta) u minn Dr Toni Sant (id-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv) tesplora arti diġitali maħluqa f’Malta matul dawn l-aħħar tletin sena. L-esibizzjoni tieħu bħala l-punt tat-tluq tagħha ideja li kisbet ħafna attenzjoni madwar għaxar snin ilu — l-ideja li l-iżviluppi fil-qasam diġitali qegħdin jnaqqsu d-distakk bejn il-preżent u l-futur. Minn din l-ideja toħroġ retrospettiva ta’ xogħolijiet ewlenija magħżula bir-reqqa, li tiġbor flimkien il-ħidmiet bikrin ta’ diversi artisti li jaħdmu fil-qasam tal-arti diġitali f’Malta.

L-esibizzjoni tittratta wkoll ir-rwol ta’ Spazju Kreattiv (li qabel kien magħruf bħala ċ-Ċentru Kreattiv tal-Kavallier ta’ San Ġakbu), li sa mill-bidu tal-elfejnijiet (2000s) ħadem sabiex jiffaċilita l-ħidma tal-artisti f’dan il-qasam, filwaqt li offra wkoll pjattaforma għal din it-tip ta’ wirja artistika. Ix-xogħolijiet f’din l-esibizzjoni jieħdu diversi forom: installazzjonijiet multimedjali, fotografija diġitali, vidjows, grafika u animazzjoni, logħob 3D, u manipulazzjonijiet tal-midja soċjali onlajn. L-esibizzjoni tinkludi xogħlijiet ġodda mill-artisti Matthew Attard, Matyou Galea, Adnan Hadzi, Sara Pace, Matthew Schembri u Letta Shtohryn.