REFRACTION

Loading Events
  • This event has passed.

REFRACTION

10 Settembru 2021 - 24 Ottubru 2021

REFRACTION hija ċelebrazzjoni ta’ dak li huwa ġeneralment emarġinat, minsi, jew miftiehem ħazin; hija wkoll rikonoxximent li l-ġlieda kontinwa għad-drittijiet LGBTIQ+ hija waħda globali.

Din il-pjattaforma ser tesibixxi vuċijiet li jmorru lil hinn miċ-ċrieki eteronormattivi u omoerotiċi li aħna mdorrijin bihom. Se tippreżenta wkoll wesgħa kbira ta’ esperjenzi li jaffaċċjaw individwi LGBTIQ+ minn postijiet differenti madwar id-dinja. REFRACTION tittrażmetti sens ta’ saħħa, reżiljenza, u poter; xi kultant fl-iktar postijiet mhux mistennija.


Artisti
Samar Hazboun, Leart Rama, HUSS, Kristian Chalakov, Mohsin Shafi, Elle Conant & Roux Noel, Imad Zoukanni, Roxman Gatt, Robert Andy Coombs, Dirk H Wilms, Lin Zhipeng (aka. No 223), Daphne Sammut, Agataukoxxx, Noah Fabri, Lau Baldo & م ح س ن    

Kuratur
Bobb Attard


Huma Min Huma? ta’ Noah Fabri – Arti Performattiva

Bħala parti mill-korp artistiku tax-xogħol tiegħu li qed jiġi esebit f‘REFRACTION, Noah Fabri ser ikun qed jesegwixxi ‘Huma Min Huma?’ fi Spazju Ċ1 fi Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta għall-pubbliku. Min hu interessat jattendi, jrid jibbukja post billi jimla l-formola t’hawn taħt fid-data preferuta.

Din il-prestazzjoni ser tinkludi wkoll diskussjoni li ser tkun bil-Malti.

It-Tlieta, 14 ta’ Settembru, 6:30 pm
L-Erbgħa, 22 ta’ Settembru, 6:30 pm
It-Tlieta, 28 ta’ Settembru, 6:30 pm
Il-Ħamis, 30 ta’ Settembru, 6:30 pm
L-Erbgħa, 6 ta’ Ottubru, 6:30 pm


Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta,

Additional Information

Duration
n/a
Cert
n/a
Language
n/a

 

REFRACTION
LGBTQI+ in the SWANA Region