Quintessence

Loading Events
  • This event has passed.

Quintessence

31 Jannar 2016 @ 8:00 pm - 9:00 pm

Esperjenza Interattiva – L-Arti tal-Ħoss – Narrattiva

Dati u Ħinijiet:
Il-Ġimgħa 29 ta’ Jannar 2016, 8.00PM
Is-Sibt 30 ta’ Jannar 2016, 8.00PM
Il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2016, 8.00PM

Post: Teatru (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Quintessence huwa esperiment artistiku li, fl-ispirtu tal-epoka diġitali li qed ngħixu fiha, jassorbi l-udjenzi tiegħu b’teknika ta’ rakkonti ibbażati fuq sound art innovativ u narrattiva kumplessa. Din hija preżentazzjoni tas-sound artist, kompożitur u mużiċist Renzo Spiteri, li ħsiebha hu li ġġiegħel lill-udjenzi jerġgħu jevalwaw it-tifsira tal-ħoss bħala ġeneru artistiku, kif ukoll ir-relazzjonijiet ta’ bejn l-ispettatur u l-preżentazzjoni nnfisha, bejn l-organiku u l-inorganiku u bejn il-ħoss u l-istrument, fi spazju fejn kollox isir aktar fluwidu u sħiħ.

Il-preżentazzjoni għandha element b’saħħtu ta’ improviżazzjoni fejn Renzo juża strumenti akustiċi u elettroniċi ma’ oġġetti oħrajn li wieħed is-soltu jassoċja mal-ħajja ta’ kuljum. Waqt il-kunċert, Renzo joħloq atmosfera ta’ possibiltajiet viżwali u skulturali – ta’ ħsejjes li jipprovdu xena artistika unika lill-udjenza.

Quintessence toffri ukoll livell kuratorjali iehor, frott il-kollaborazzjoni ta’ bejn Renzo u kittieba u riċerkatriċi Giuliana Fenech. Ir-riċerka li għamlet Giuliana tirrivolvi madwar kif il-ħsejjes u l-kultura tas-smiegħ jistgħu jimxu id f’id mal-aspett viżwali bl-għan li ġġiegħel l-udjenza tinvestiga l-perċezzjonijiet tagħha rigward interpretazzjoni diretta tal-kunċert. Wara l-kunċert, Giuliana ser tkun qed taqra kitba tagħha li tħeġġeġ lill-udjenza terġa’ tikkunsidra s-silta ta’ Renzo fid-dawl ta’ l-elementi mużikali u l-istorja li huma minsuġa fiha. Quintessence ġiet ippreżentata għall-ewwel  kollaborattiv adarba fi Frar 2015 fir-Royal Northern College of Music ġewwa Manchester (L-Ingilterra), bi sħubija ma’ Future Everything Festival 2015.

Nota importanti:
Il-postijiet A1, B1, B2, G8, H10 u H11 għandhom veduta limitata.

Ħajr għar-ritratt: Gaby Giacchino

Creative Team
Renzo Spiteri, Giuliana Fenech, Gaby Giacchino

Ticket Information

Adult
n/a
Concessions
n/a
Children
n/a
Cinema Club Members
n/a
Concession tickets include students, senior citizens and Special ID Holders (SID).

Venue Information

Teatru ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Additional Information

Duration
60 min
Cert
Kull età
Language
Ingliż